Salmi
Lid-direttur. Fuq Il-Ġilji.+ Tfakkira. T’Asaf.+ Melodija.
80 O Ragħaj taʼ Israel, agħti widen,+
Int li qed tmexxi lil Ġużeppi bħal merħla.+
O int li qiegħed bil-qiegħda fuq il-kerubini,+ uri d-dija tiegħek.+
4 O Alla Ġeħova taʼ l-armati, kemm trid iddum inkorlat u ma tismax it-talb tal-poplu tiegħek?+
5 Int ġegħelthom jieklu l-ħobż tad-dmugħ,+
U tibqaʼ ġġegħelhom jixorbu dmugħ fuq dmugħ fi kwantità kbira.+
6 Int tagħmilna l-kaġun tal-ġlied bejn il-ġirien tagħna,+
U l-għedewwa tagħna joqogħdu jiddieħqu bina kif jogħġobhom.+
9 Naddaftilha l-art,+ biex din tkun tistaʼ tqabbad l-għeruq u timla l-pajjiż.+
12 Għala ġarraftilha l-ħitan tal-ġebel?+
U għalfejn kulmin kien għaddej minn ħdejha fit-triq qatgħalha l-frott?+
13 Ħanżir salvaġġ joħroġ mill-bosk u joqgħod igerrimha,+
U l-qtajjaʼ taʼ l-annimali tar-rabaʼ jieklu minnha.+
14 O Alla taʼ l-armati, erġaʼ lura, jekk jogħġbok;+
Ħares ’l isfel mis-sema, u ara u ħu ħsieb din id-dielja,+
15 U l-fergħa li ħawlet idek il-leminija,+
U ħares lejn ir-rimja li int saħħaħt għalik innifsek.+