Salmi Taʼ David. 138 Jien se nfaħħrek b’qalbi kollha.+Quddiem allat oħrajn ngħannilek.+ 2 Se mmil lejn it-tempju qaddis tiegħek,+U nfaħħar lil ismek,+Minħabba l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek+ u minħabba l-verità tiegħek.+Għax int kabbart kelmtek+ saħansitra fuq ismek stess.+ 3 Dakinhar li sejjaħtlek, int wiġibtni;+Int bdejt tagħmel lil ruħi qalbiena billi tajtni s-saħħa.+ 4 Is-slaten kollha taʼ l-art għad ifaħħruk, O Ġeħova,+Għax ikunu semgħu kliem fommok. 5 U għad ikantaw dwar it-triqat taʼ Ġeħova,+Għax il-glorja taʼ Ġeħova kbira.+ 6 Għax Ġeħova fl-għoli, u madankollu lill-umli jarah;+Imma lill-kburi jafu biss mill-bogħod.+ 7 Jekk inkun imdawwar bl-inkwiet, int iżżommni ħaj.+Minħabba r-rabja taʼ l-għedewwa tiegħi int toħroġ idek,+U lemintek issalvani.+ 8 Ġeħova se jwettaq l-iskopijiet tiegħu għalija.+O Ġeħova, għal dejjem hi l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek.+Tabbandunax lil xogħol idejk stess.+