Ġob
15 U Elifaż it-Temani wieġeb u qal:
2 “Iwieġeb l-għaref b’għarfien fieragħ,+
Jew jimla żaqqu bir-riħ mil-lvant?+
3 Li sempliċement twiddeb b’kelma ma jkun jiswa xejn,
U sempliċi kliem biss ma jkun t’ebda benefiċċju.
4 Madankollu, int innifsek iġġiegħel li l-biżaʼ minn Alla ma jkollu ebda forza,
U tnaqqas il-meditazzjoni sinċiera dwar Alla.
5 Għax l-iżball tiegħek iħarreġ lil fommok,
U int tagħżel ilsien in-nies li jilħqilhom.
10 Fostna hemm kemm dak taʼ xagħru griż u kemm dak imdaħħal fiż-żmien,+
Huma akbar minn missierek fiż-żmien.
11 M’hijiex biżżejjed għalik il-konsolazzjoni t’Alla,
Jew kelma li tingħadlek b’mod ġentili?
12 Għala tħalli lil qalbek tiġri bik,
U għala tberraq għajnejk?
13 Għax int iddawwar l-ispirtu tiegħek kontra Alla nnifsu,
U int ġegħelt li l-kliem joħroġ minn fommok stess.
15 Ara! Fil-qaddisin tiegħu m’għandu ebda fidi,+
U s-smewwiet infushom, fil-fatt, m’humiex nodfa f’għajnejh.+
16 Kemm inqas ikun hekk meta xi ħadd ikun mistkerrah u korrott,+
Raġel li jixrob l-inġustizzja bħall-ilma!
17 Dan se niddikjarah lilek. Agħtini widen!+
Rajt saħansitra dan, u għalhekk ħa nirrakkonta,
U li ma ħbewhx, peress li ġie mingħand missirijiethom.
19 Lilhom biss ngħatat l-art,
U ebda stranġier m’għadda minn ġo nofshom.
20 Bniedem mill-agħar isofri t-torturi tul jiemu kollha,
Saħansitra s-snin magħdudin li ġew merfugħin għat-tirann.
25 Peress li jmidd idu kontra Alla nnifsu,
U jipprova juri li hu superjuri għal Dak li Jistaʼ Kollox;+
26 Peress li b’ras iebsa jiġri kontrih,
Bit-tarki ħoxnin tiegħu;
27 Peress li jiksi wiċċu bis-simna tiegħu
U jqiegħed ix-xaħam fuq ġenbejh,+
28 Hu jgħammar fi bliet li jridu jitqaċċtu darba għal dejjem;
Fi djar li n-nies ma jibqgħux jgħammru fihom,
Li żgur se jispiċċaw li jsiru gzuz taʼ ġebel.
31 Ħa ma jpoġġix il-fidi tiegħu fil-frugħa, u jiġi żvijat,
Għax sempliċi frugħa se jieħu bi tpartit;
32 Qabel żmienu se titwettaq din.
U r-rimja tiegħu ma tħaddarx.+
33 Bħal dielja jarmi l-għeneb mhux misjur tiegħu,
U bħal siġra taż-żebbuġ iwaqqaʼ l-inwar tiegħu.