105 Irringrazzjaw lil Ġeħova, sejħu ismu,+
Għarrfu lill-popli x’għamel.+
2 Kantawlu, għannulu,+
Ikkunsidraw l-għemejjel taʼ l-għaġeb kollha tiegħu.+
3 Ftaħru b’ismu qaddis.+
Ħa tithenna qalb dawk li qed ifittxu lil Ġeħova.+
4 Fittxu lil Ġeħova u s-saħħa tiegħu.+
Fittxu ’l wiċċu l-ħin kollu.+
5 Ftakru fl-għemejjel taʼ l-għaġeb li wettaq,+
Fil-mirakli tiegħu u fid-deċiżjonijiet ġudizzjarji taʼ fommu,+
6 O intom nisel Abraham il-qaddej tiegħu,+
Intom ulied Ġakobb, il-magħżulin tiegħu.+
7 Hu Ġeħova Alla tagħna.+
Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu huma fl-art kollha.+
8 Hu jiftakar il-patt tiegħu għal żmien indefinit,+
Il-kelma li kkmanda, għal elf ġenerazzjoni,+
9 Il-patt li għamel m’Abraham,+
U l-ħalfa li għamel lil Iżakk,+
10 Stqarrija li żammha bħala regolament għal Ġakobb,
Bħala patt għal żmien indefinit għal Israel,+
11 Meta qal: “Lilek nagħtik l-art taʼ Kangħan+
Bħala s-sehem taʼ wirtkom.”+
12 Dan sar meta kienu ftit fl-għadd,+
Iva, ftit ferm, u kienu residenti barranin fiha.+
13 U baqgħu jiġġerrew minn ġens għal ġens,+
Minn saltna għal għand poplu ieħor.+
14 Ma ħalla lil ebda bniedem jimbroljahom,+
Imma minħabba fihom hu widdeb lis-slaten,+
15 U qal: “Tmissux lill-midlukin tiegħi,+
U tagħmlux deni lill-profeti tiegħi.”+
16 U sejjaħ il-ġuħ fuq l-art;+
Kisser kull bastun li jdendlu l-ftajjar miegħu.+
17 Bagħat qabilhom raġel
Li nbiegħ biex ikun ilsir, Ġużeppi.+
18 Bl-irbit weġġgħulu saqajh,+
Ruħu kienet marbuta bil-ħadid;+
19 Sa dak iż-żmien li seħħ dak li qal,+
Il-kelma taʼ Ġeħova kienet qed tirfinah.+
20 Is-sultan bagħat biex jeħilsu;+
Il-ħakkiem tal-popli, biex iħollu.
21 Qiegħdu bħala sid fuq in-nies taʼ daru+
U bħala ħakkiem fuq il-proprjetà tiegħu kollha,+
22 Biex jorbot lill-prinċpijiet tiegħu kif kien jogħġbu+
U biex jgħallem l-għerf lix-xjuħ tiegħu.+
23 U Israel mar l-Eġittu,+
U Ġakobb għex bħala barrani fl-art taʼ Ħam.+
24 U Alla baqaʼ jkattar ħafna lin-nies tiegħu,+
U bil-mod il-mod għamilhom iktar setgħanin mill-avversarji tagħhom.+
25 Ħalla ’l qalbhom tinbidel biex jobogħdu lill-poplu tiegħu,+
Biex jaġixxu b’makakkerija kontra l-qaddejja tiegħu.+
26 Bagħat lil Mosè l-qaddej tiegħu,+
Lil Aron li kien għażel.+
27 Dawn urewhom is-sinjali tiegħu,+
U l-mirakli fl-art taʼ Ħam.+
28 Hu bagħat id-dlam, u għalhekk dalam;+
U huma ma rribellawx kontra kliemu.+
29 Bidel l-ilmijiet tagħhom f’demm,+
U qatlilhom il-ħut.+
30 Arthom kienet miżgħuda biż-żrinġijiet,+
Fil-kmamar taʼ ġewwa tas-slaten tagħhom.
31 Ordna lid-dubbien jiġi,+
In-nemus fit-territorji kollha tagħhom.+
32 Il-ħalbiet tagħhom għamilhom tas-silġ,+
Bagħat nar iħeġġeġ fuq arthom.+
33 U laqtilhom id-dwieli u s-siġar tat-tin
U kisser is-siġar fit-territorju tagħhom.+
34 Ordna lill-ġurati jiġu,+
U lil tip taʼ ġurat, iva, bla għadd.+
35 U kilulhom il-ħaxix kollu tar-rabaʼ;+
Kilulhom ukoll frott arthom.
36 U laqat lil kull l-ewwel imwieled f’pajjiżhom,+
Il-bidu tal-qawwa riproduttiva kollha tagħhom.+
37 U ħariġhom bil-fidda u d-deheb;+
U fost it-tribujiet tiegħu ħadd ma tfixkel fit-triq.
38 L-Eġittu feraħ meta ħarġu,
Għax kien waqaʼ fuqhom il-biżaʼ tagħhom.+
39 Firex sħaba bħala għata,+
U nar biex jagħti d-dawl bil-lejl.+
40 Huma talbu, u hu ġab is-summien,+
U b’ħobż mis-sema baqaʼ jxebbagħhom.+
41 Fetaħ blata, u bdew igelglu l-ilmijiet;+
Dawn għaddew bħal xmara mir-reġjuni bla ilma.+
42 Għax hu ftakar fil-kelma qaddisa tiegħu lil Abraham il-qaddej tiegħu.+
43 Għalhekk, ħareġ lill-poplu tiegħu b’ferħ kbir,+
Lill-magħżulin tiegħu b’għajta ferriħija.+
44 U ftit ftit tahom il-pajjiżi tal-ġnus,+
U huma baqgħu jieħdu taħt idejhom il-prodott tax-xogħol iebes tal-popli,+
45 Bl-għan li jżommu r-regolamenti tiegħu+
U josservaw il-liġijiet tiegħu.+
Faħħru lil Jah!+