1 Kronaki
29 David, is-sultan, issa qal lill-kongregazzjoni kollha:+ “Ibni Salamun, il-bniedem li ntgħażel minn Alla,+ hu żagħżugħ+ u bla esperjenza, imma x-xogħol hu kbir; għax il-kastell* m’huwiex għal xi bniedem,+ imma għal Alla Ġeħova. 2 U jien bil-qawwa kollha tiegħi+ ħejjejt+ għad-dar t’Alla tiegħi d-deheb+ għax-xogħol tad-deheb, il-fidda għax-xogħol tal-fidda, ir-ram aħmar għax-xogħol tar-ram aħmar, il-ħadid+ għax-xogħol tal-ħadid, u l-injam+ għax-xogħol taʼ l-injam; ħaġar taʼ l-oniċi,+ ġebel li jitqiegħed b’tajn b’saħħtu, ċagħaq tal-mużajk, kull ħaġra prezzjuża, u ħaġar taʼ l-alabastru bi kwantità kbira. 3 U ladarba qed nieħu gost+ bid-dar t’Alla tiegħi, għad għandi xi ħaġa speċjali li hi proprjetà tiegħi,+ deheb u fidda; jien nagħtiha lid-dar t’Alla tiegħi minbarra dak kollu li ħejjejt għad-dar imqaddsa:+ 4 tlett elef talent deheb mid-deheb t’Ofir,+ u sebat elef talent fidda rfinuta, għall-kisi tal-ħitan tad-djar; 5 deheb għax-xogħol tad-deheb, u fidda għax-xogħol tal-fidda u għax-xogħol kollu b’idejn in-nies tas-sengħa. U llum min hemm lest li minn rajh jimla idu u jagħti għotja lil Ġeħova?”+
6 U l-prinċpijiet+ tal-familji min-naħa tal-missier+ u l-prinċpijiet+ tat-tribujiet taʼ Israel u l-kapijiet taʼ l-eluf+ u tal-mijiet+ u l-kapijiet tax-xogħol+ tas-sultan offrew ruħhom minn rajhom. 7 Għaldaqstant, huma taw, għas-servizz tad-dar taʼ l-Alla l-veru, deheb li jiswa ħamest elef talent u għaxart elef darik,* fidda li tiswa għaxart elef talent, ram aħmar li jiswa tmintax-il elf talent, u ħadid li jiswa mitt elf talent.+ 8 U l-ħaġar kollu li sabu għand xi persuni tawh lit-teżor tad-dar taʼ Ġeħova taħt id-direzzjoni taʼ Ġeħijel+ il-Gersoni.+ 9 U l-poplu feraħ minħabba l-offerti li taw minn rajhom, għax kien b’qalb sħiħa li taw offerti minn rajhom lil Ġeħova;+ u saħansitra David, is-sultan, thenna b’ferħ kbir.+
10 Għaldaqstant, David bierek+ lil Ġeħova quddiem għajnejn il-kongregazzjoni kollha+ u David qal: “Tkun imbierek,+ O Ġeħova, l-Alla taʼ Israel+ missierna, minn dejjem għal dejjem. 11 Tiegħek, O Ġeħova, huma l-kobor+ u s-setgħa+ u l-ġmiel+ u l-eċċellenza+ u d-dinjità;+ għax kulma hemm fis-smewwiet u fl-art hu tiegħek.+ Tiegħek hi s-saltna,+ O Ġeħova, int li int l-ogħla Kap fuq kulħadd.+ 12 Ir-rikkezzi+ u l-glorja+ ġejjin minnek, u int qed tiddomina+ fuq kollox; u f’idek hemm il-qawwa+ u s-setgħa,+ u f’idek hemm l-abbiltà li tkabbar+ u li tagħti s-saħħa lil kulħadd.+ 13 U issa, O Alla tagħna, aħna qed nirringrazzjawk+ u nfaħħru+ l-isem sabiħ+ tiegħek.
14 “U madankollu, jien min jien+ u min hu l-poplu tiegħi, sabiex ikollna l-qawwa li nagħmlu offerti minn rajna b’dan il-mod?+ Għax kollox minnek ġej,+ u minn idek stess tajniek aħna. 15 Għax aħna residenti barranin quddiemek u immigranti+ l-istess bħal missirijietna kollha. Bħal dell huma jiemna fuq l-art+ u m’hemm ebda tama. 16 O Ġeħova Alla tagħna, din l-abbundanza kollha li ħejjejna biex nibnulek dar għall-isem qaddis tiegħek, minn idek ġiet, u kollha tiegħek hi.+ 17 U jien naf tajjeb, O Alla tiegħi, li int teżamina l-qalb,+ u li int bis-sewwa tieħu pjaċir.+ Jien, min-naħa tiegħi, b’qalb retta offrejt minn rajja dawn l-affarijiet kollha, u issa n-nies tiegħek li qegħdin hawnhekk ħadt gost narahom jagħmlulek offerti minn rajhom. 18 O Ġeħova, l-Alla t’Abraham, Iżakk, u Israel, missirijietna,+ żomm għal żmien indefinit din l-inklinazzjoni tal-ħsibijiet taʼ qalb in-nies tiegħek,+ u dawrilhom qalbhom lejk.+ 19 U lil ibni Salamun agħtih qalb sħiħa+ biex iħares il-kmandamenti tiegħek,+ it-testimonjanzi* tiegħek,+ u r-regolamenti tiegħek,+ u biex jagħmel kollox, u jibni l-kastell+ li għalih jien ħejjejt.”+
20 U David issokta jgħid lill-kongregazzjoni kollha:+ “Bierku,+ issa, lil Ġeħova Alla tagħkom.” U l-kongregazzjoni kollha bierket lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom, u mielu+ u nxteħtu fl-art+ quddiem Ġeħova u quddiem is-sultan. 21 U l-għada taʼ dak il-jum komplew joffru s-sagrifiċċji+ lil Ġeħova u joffru l-offerti tal-ħruq+ lil Ġeħova, elf barri żgħir, elf muntun, elf ħaruf u l-offerti tax-xorb li joffru magħhom,+ u għadd kbir taʼ sagrifiċċji għal Israel kollu.+ 22 U komplew jieklu u jixorbu quddiem Ġeħova dakinhar b’ferħ kbir;+ u reġgħu għat-tieni darba għamlu lil Salamun, bin David, sultan+ u dilkuh quddiem Ġeħova bħala mexxej+ u wkoll lil Sadok+ bħala qassis. 23 U Salamun qagħad fuq it-tron taʼ Ġeħova+ bħala sultan minflok David, missieru, u rnexxa bħala sultan,+ u l-Israelin kollha kienu ubbidjenti lejh. 24 U l-prinċpijiet+ kollha u l-irġiel setgħanin+ u wkoll l-ulied kollha tas-Sultan David+ issottomettew ruħhom lejn Salamun, is-sultan. 25 U Ġeħova kompla jagħmel lil Salamun kbir b’mod straordinarju+ quddiem għajnejn Israel kollu u jagħtih dinjità rjali li bħalha ebda sultan qablu fuq Israel ma kellu.+
26 U David, bin Ġesse, saltan fuq Israel kollu;+ 27 u ż-żmien li dam isaltan fuq Israel kien erbgħin sena.+ F’Ħebron saltan għal sebaʼ snin,+ u f’Ġerusalemm saltan għal tlieta u tletin sena.+ 28 U miet meta kien xjaħ sew,+ mimli bl-għomor u sodisfatt bir-rikkezzi+ u l-glorja;+ u ibnu Salamun beda jsaltan minfloku.+ 29 Issa l-ġrajjiet taʼ David, is-sultan, kemm taʼ l-ewwel u kemm taʼ l-aħħar, huma miktubin hemmhekk fost il-kliem taʼ Samwel, il-veġġent,*+ u fost il-kliem taʼ Natan,+ il-profeta, u fost il-kliem taʼ Gad,+ il-viżjonarju, 30 flimkien mas-saltna kollha tiegħu u s-setgħa tiegħu u ż-żminijiet+ li kienu għaddew minn fuqu u minn fuq Israel u minn fuq is-saltniet kollha taʼ l-artijiet.+