Ekkleżjasti
6 Rajt gwaj taħt ix-xemx li hu komuni fost il-bnedmin: 2 wieħed jingħata rikkezzi, affarijiet materjali, u glorja mill-Alla l-veru,+ u ma jkun jonqsu xejn minn dak kollu li jixtieq.+ Imma mbagħad l-Alla l-veru ma jagħtihx is-setgħa li jiekol minnhom,+ għalkemm ikun jistaʼ jiekol minnhom il-barrani.+ Dan hu frugħa u marda kerha. 3 Jekk wieħed isir missier għal mitt darba,+ u jekk jgħix ħafna snin, u b’hekk joktrulu jiem ħajtu,+ iżda ruħu ma tixbax b’affarijiet tajbin+ u lanqas il-qabar ma jkun jistaʼ jikseb,+ ikolli ngħid li min jitwieled mejjet hu aħjar minnu.+ 4 Għax dan ġie għalxejn u fid-dlam imur, u bid-dlam jinkesa ismu.+ 5 Ix-xemx ma rahiex, u lanqas sar jafha.+ Dan għandu l-mistrieħ, u mhux l-ieħor.+ 6 Anki li kieku għex elf sena għal darbtejn u xorta ma rax it-tajjeb,+ mhux kulħadd f’post wieħed sejjer?+
7 Ix-xogħol iebes kollu li jagħmlu l-bnedmin hu għal ħalqhom,+ imma x-xewqat taʼ ruħhom ma jinqatgħux. 8 Għax x’vantaġġ għandu l-għaref fuq l-istupidu?+ X’jieħu min isofri talli jkun jaf kif jimxi mal-ħajjin? 9 Aħjar tara b’għajnejk milli tixxennaq b’ruħek.+ Dan ukoll frugħa u ġiri wara r-riħ.+
10 Kulma sar jeżisti, ismu diġà ġie dikjarat, u sar magħruf x’inhu l-bniedem;+ u hu ma jistax jiddefendi l-kawża tiegħu maʼ xi ħadd iżjed qawwi minnu.+
11 Ladarba jeżistu tant affarijiet li jġibu ħafna frugħa,+ x’vantaġġ hemm għall-bniedem? 12 Għax min jaf liema affarijiet tajbin se jgawdi bniedem f’ħajtu+ tul il-jiem kollha tal-ħajja fiergħa tiegħu, li dawn jgħaddihom bħal dell?+ Għax min jistaʼ jgħidlu lill-bniedem x’se jsir warajh taħt ix-xemx?+