Salmi
Talba taʼ David.
17 Ismaʼ l-kawża ġusta tiegħi, O Ġeħova; agħti kas l-għajat tiegħi bil-ħrara;+
Agħti widen għat-talba tiegħi li mhix ġejja minn xofftejn qarriqin.+
3 Int eżaminajtli qalbi, flejtni bil-lejl,+
Irfinajtni; se ssib li jien ma nfassal xejn ħażin.+
Fommi ma jonqosx.+
4 Għax fejn jidħlu l-attivitajiet tal-bniedem,
Jien qgħadt għassa, b’kelmet xofftejk, li ma nimxix fil-mogħdijiet tal-ħalliel.+
7 Agħmel atti meraviljużi taʼ qalb tajba bl-imħabba,+ O Salvatur taʼ dawk li jfittxu l-kenn
Minn dawk li jirvellaw kontra idek il-leminija.+
8 Ħarisni bħall-mimmi taʼ l-għajn,+
F’dell ġwinħajk aħbini,+
9 Minħabba n-nies mill-agħar li ħarbtuni.
L-għedewwa tiegħi għalquni minn kull naħa.+
Fommhom tkellem bis-suppervja;+
11 Issa mxew wara l-passi tagħna u dawruna minn kullimkien;+
Xeħtu għajnejhom fuqna biex jitfgħuna maʼ l-art.+
12 Kull wieħed minnhom hu bħal iljun imlebleb biex iqattaʼ biċċiet il-priża tiegħu+
U bħal iljun b’saħħtu li qed jistenna fil-moħbi.
13 Qum, O Ġeħova; iffaċċjah wiċċ imbwiċċ;+
Ġiegħlu jmil; eħlisni mill-ħażin bis-sejf tiegħek,+
14 Mill-bnedmin, permezz taʼ idek, O Ġeħova,+
Mill-bnedmin taʼ din is-sistema,+ li sehemhom hu f’din il-ħajja,+
U li żaqqhom timlihielhom bit-teżor moħbi tiegħek,+
U li huma mimlijin bl-ulied+
U jħallu għal uliedhom dak li jkunu ħażnu.+