Ġenesi
32 U Ġakobb baqaʼ sejjer fi triqtu, u l-anġli t’Alla ltaqgħu miegħu.+ 2 Meta rahom, Ġakobb minnufih qal: “Dan hu l-kamp t’Alla!”+ Għalhekk, dak il-post semmieh Maħanajm.*+
3 Imbagħad Ġakobb bagħat messaġġiera+ qablu għand ħuh Għesaw lejn l-art tas-Segħir,+ it-territorju t’Edom,+ 4 u hu ordnalhom u qalilhom: “Dan tgħidulu lil sidi,+ lil Għesaw, ‘Dan qal il-qaddej tiegħek Ġakobb: “ Maʼ Laban għammart bħala barrani u qgħadt żmien twil s’issa.+ 5 U issa għandi barrin u ħmir, nagħaġ, u qaddejja rġiel u nisa,+ u nixtieq nibgħat ngħarraf lil sidi, sabiex insib il-ħniena f’għajnejk.”’”+
6 U l-messaġġiera ġew lura għand Ġakobb, u qalulu: “Morna għand ħuk Għesaw, u hu wkoll qiegħed fi triqtu biex jiltaqaʼ miegħek, u miegħu għandu erbaʼ mitt raġel.”+ 7 U Ġakobb beda jibżaʼ ħafna u sar ansjuż.+ Għalhekk, qasam f’żewġ kampijiet+ lin-nies li kellu miegħu, u l-imrieħel u l-baqar u l-iġmla, 8 u qal: “Jekk Għesaw jiġi f’kamp minnhom u jattakkah, żgur li jibqaʼ kamp li jkun jistaʼ jaħrab.”+
9 Imbagħad Ġakobb qal: “O Alla taʼ missieri Abraham u Alla taʼ missieri Iżakk,+ O Ġeħova, int li qed tgħidli, ‘Mur lura lejn artek u lejn qrabatek u jien nittrattak tajjeb,’+ 10 jien ma jistħoqqulix il-qalb tajba bl-imħabba kollha u l-fedeltà kollha li int urejt mal-qaddej tiegħek,+ għax meta qsamt dan il-Ġordan kelli biss il-ħatar tiegħi u issa sirt żewġ kampijiet.+ 11 Eħlisni, nitolbok,+ minn id ħija, minn id Għesaw, għax qed nibżaʼ minnu, li jiġi u żgur jattakka lili+ u ’l omm flimkien mat-tfal. 12 U int, int għedt, ‘Bla dubju jien nittrattak tajjeb u nagħmel lil nislek bħar-ramel tal-baħar, li ma jistax jingħadd daqskemm hu kotran.’”+
13 U qattaʼ dak il-lejl hemmhekk. U qabad minn kulma ġie f’idejh biex jagħtih rigal lil ħuh Għesaw:+ 14 mitejn mogħża u għoxrin bodbod, mitejn nagħġa u għoxrin muntun, 15 tletin ġemla bil-frieħ tagħhom, erbgħin baqra u għaxar barrin, għoxrin ħmara u għaxart iħmir irġiel.+
16 Imbagħad lill-qaddejja tiegħu tahom f’idejhom merħla wara l-oħra, kull waħda għaliha, u qal darba wara l-oħra lill-qaddejja tiegħu: “Aqsmu qabli u qisu li tħallu l-wisaʼ bejn merħla u oħra.”+ 17 U lill-ewwel wieħed ordnalu wkoll u qallu: “Fil-każ li ħija Għesaw jiltaqaʼ miegħek u jistaqsik, u jgħidlek: ‘Taʼ min int, u fejn sejjer u taʼ min huma dawn li hawn quddiemek?’ 18 int trid tgħidlu, ‘Tal-qaddej tiegħek, taʼ Ġakobb. Dan hu rigal+ mibgħut lil sidi,+ lil Għesaw, u, ara, hu nnifsu qiegħed ukoll warajna.’” 19 U ssokta jordna wkoll lit-tieni wieħed, kif ukoll lit-tielet u lil dawk kollha li kienu mexjin wara l-imrieħel, u qalilhom: “Dan il-kliem għandkom tgħidulu lil Għesaw meta tiltaqgħu miegħu.+ 20 U tridu tgħidulu wkoll, ‘Ara! Il-qaddej tiegħek Ġakobb qiegħed warajna.’”+ Għax qal bejnu u bejn ruħu: “Inberridlu l-korla bir-rigal li nibgħat qabli,+ u mbagħad narah wiċċ imbwiċċ. Forsi jilqagħni tajjeb.”+ 21 Għalhekk, il-qaddejja bir-rigali qasmu għan-naħa l-oħra qablu, imma hu qattaʼ dak il-lejl fil-kamp.+
22 Iktar tard matul dak il-lejl qam u ħa liż-żewġ nisa+ tiegħu u ż-żewġ qaddejja nisa+ tiegħu u l-ħdax-il tifel+ tiegħu u qasam min-naħa għall-oħra l-wied tal-Ġabbok minfejn l-ilma kien baxx.+ 23 Għalhekk, ħadhom u għaddiehom mill-wied,*+ lilhom u kulma kellu.
24 Fl-aħħar, Ġakobb baqaʼ waħdu. Imbagħad ġie raġel u beda jissara miegħu sakemm beda jżernaq.+ 25 Meta ra li ma kienx għelbu,+ messlu l-ġog* taʼ koxxtu; u l-ġog taʼ koxxet Ġakobb ħareġ minn postu waqt li kien qed jissara miegħu.+ 26 Imbagħad ir-raġel qallu: “Itlaqni, għax beda jżernaq.” U Ġakobb wieġbu: “Ma nitilqekx qabel ma tberikni.”+ 27 Għalhekk, l-ieħor staqsieh: “X’jismek?” u hu wieġbu: “Ġakobb.” 28 U dak qallu: “Ma jkunx jismek iktar Ġakobb imma Israel,*+ għax int bqajt tissara+ m’Alla u mal-bnedmin sakemm sa fl-aħħar ħriġt rebbieħ.” 29 Imbagħad Ġakobb staqsieh u qallu: “Jekk jogħġbok, għidli x’jismek.” Madankollu, qallu: “Għala tistaqsini x’jisimni?”+ U dan bierku hemmhekk. 30 Għalhekk, dak il-post Ġakobb semmieh Penijel,*+ għax, kif qal hu, “Rajt lil Alla wiċċ imbwiċċ, u madankollu ruħi ħelsitha.”+
31 U x-xemx bdiet tisreġ fuqu malli għadda minn ħdejn Penwel, u hu kien qed izappap fuq koxxtu.+ 32 Huwa għalhekk li sa dan il-jum ulied Israel għandhom id-drawwa li ma jiklux in-nerv* tal-koxxa, li qiegħed fuq il-ġog tal-koxxa, għaliex hu mess il-ġog taʼ koxxet Ġakobb ħdejn in-nerv taʼ koxxtu.+