16 U Ġob wieġeb u qal:
2 “Smajt ħafna affarijiet bħal dawn.
Intom ilkoll farraġa li taqilgħu l-inkwiet!+
3 Hemm tmiem għall-kliem fieragħ?+
Jew x’qed ikiddek, biex twieġeb hekk?
4 Jien stess ukoll kont naf nitkellem bħalkom.
Kieku ruħkom kienet flok ruħi,
Kont nibbrilla fil-kliem kontrikom,+
U kont inxengel rasi kontrikom?+
5 Jien kont insaħħaħkom bi kliem fommi,+
U l-konsolazzjoni taʼ xofftejja kienet ittaffi—.
6 Jekk nitkellem, l-uġigħ tiegħi ma jittaffiex,+
U jekk nieqaf nagħmel hekk, kemm se jonqos l-uġigħ?
7 Biss issa Alla għejjieni;+
Lil dawk kollha li jinġemgħu miegħi ġabhom fix-xejn.
8 Int taqbadni sew. Dan sar xiehda,+
U b’hekk il-miżerja tiegħi tqum kontrija. Din tixhed f’wiċċi.
9 Ir-rabja t’Alla tbiċċirni, u hu jobgħodni.+
Hu jgħażżaż snienu għalija.+
L-avversarju tiegħi jberraq għajnejh kontrija.+
10 Fetħu ħalqhom kontrija,+
Biż-żebliħ tawni bil-ħarta,
F’għadd kbir jinġemgħu kontrija.+
11 Alla jagħtini f’idejn it-tfal,
U f’idejn il-ħżiena jitfagħni għal rasi.+
12 Kont qed ngħix komdu, imma hu heżżiżni;+
U ħatafni mill-kozz t’għonqi u farrakni,
U jagħmilni l-mira tiegħu.
13 L-arċieri tiegħu+ jdawruni;
Hu jiftaħ beraħ il-kliewi tiegħi+ u ma jħoss ebda mogħdrija;
Isawwab fl-art il-marrara tiegħi.
14 Jibqaʼ jinfidni b’selħa wara selħa;
Jiġri għal fuqi bħal wieħed setgħan.+
15 Drapp taʼ l-ixkora+ ħitt flimkien għal fuq ġildi,
U daħħalt rasi fit-trab.+
16 Wiċċi ħmar bil-biki,+
U fuq xfar għajnejja hemm dlam ċappa,+
17 Għalkemm m’hemm ebda vjolenza f’idejja,
U t-talba tiegħi hi safja.+
18 O art, tgħattix demmi!+
U ħa ma jkun hemm ebda post taʼ mistrieħ għall-għajta tiegħi!
19 Issa wkoll, ara, fis-smewwiet hemm wieħed li qed jixhed dwari,
U x-xhud tiegħi qiegħed fl-għoli.+
20 Sħabi huma kelliema kontrija;+
Lejn Alla rfajt għajnejja bla rqad.+
21 U d-deċiżjoni trid tittieħed bejn raġel b’saħħtu u Alla,
L-istess bħal dik bejn bin il-bniedem u sieħbu.+
22 Għax ftit snin biss fadal,
U nitlaq mill-mogħdija li mhux se nerġaʼ lura minnha.+