Salmi
74 Għala, O Alla, warrabtna għal dejjem?+
Ir-rabja tiegħek għala tibqaʼ tixgħel kontra l-merħla tal-mergħa tiegħek?+
2 Ftakar fil-ġemgħa li int ksibt żmien twil ilu,+
It-tribù li fdejt bħala wirtek,+
Din il-Muntanja Sijon li int għammart fiha.+
4 L-għedewwa tiegħek għajtu f’nofs il-post tal-laqgħa tiegħek.+
Għollew l-istendardi tagħhom stess.+
5 Huma għandhom l-istess fama taʼ dawk li jxejru l-imnanar tagħhom fl-għoli biex iqaċċtu s-siġar tal-masġar.
6 U issa, b’mannara żgħira u b’għodod tal-ħadid jagħtu fuq il-ħitan minquxin tas-santwarju, ilkoll kemm huma.+
7 Huma xeħtu s-santwarju tiegħek fin-nar.+
Ipprofanaw it-tabernaklu* li jġorr ismek u tefgħuh maʼ l-art.+
8 Huma, kif ukoll uliedhom, qalu f’qalbhom ilkoll flimkien:
“Il-postijiet tal-laqgħa t’Alla kollha se jinħarqu fil-pajjiż.”+
9 Ma nistgħux naraw l-istendardi li għamilna bħala sinjali; m’għadx baqaʼ profeti,+
U m’hemm ħadd fostna li jaf għal kemm żmien.
10 Kemm se jdum imaqdrek l-avversarju, O Alla?+
Se jibqaʼ l-għadu jittratta lil ismek b’nuqqas taʼ rispett għal dejjem?+
12 U madankollu, Alla hu s-Sultan tiegħi minn żmien twil ilu,+
Dak li qed iwettaq salvazzjoni grandjuża fuq l-art.+
14 Farrakt l-irjus taʼ Levjatan.*+
Tajtu bħala ikel lin-nies, lil dawk li joqogħdu fir-reġjuni bla ilma.+
18 Dan ftakar: L-għadu maqdrek, O Ġeħova,+
U ismek ġie trattat b’nuqqas taʼ rispett minn poplu bla sens.+
19 Ruħ il-gamiema tiegħek tagħtihiex lill-bhima salvaġġa.+
Tinsihiex għal dejjem il-ħajja tal-magħkusin tiegħek.+