Numri
26 U ġara li, wara l-flaġell,+ Ġeħova ssokta jgħid dan lil Mosè u lil Elegħażar, bin Aron il-qassis: 2 “Għoddu l-ġemgħa kollha taʼ wlied Israel minn għoxrin sena ’l fuq, skond dar missirijiethom, dawk kollha li ngħaqdu maʼ l-armata f’Israel.”+ 3 U Mosè u Elegħażar,+ il-qassis, kellmuhom fil-pjanuri tad-deżert taʼ Mowab+ biswit il-Ġordan f’Ġeriko+ u qalulhom: 4 “Għoddu l-irġiel kollha minn għoxrin sena ’l fuq, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.”+
Issa wlied Israel li ħarġu mill-art taʼ l-Eġittu kienu: 5 Ruben, l-ewwel imwieled taʼ Israel;+ ulied Ruben: Minn Ħanok,+ il-familja tal-Ħanokin; minn Pallu,+ il-familja tal-Palluwin; 6 minn Ħesron,+ il-familja tal-Ħesronin; minn Karmi,+ il-familja tal-Karmin. 7 Dawn kienu l-familji tar-Rubenin, u dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu tlieta u erbgħin elf, sebaʼ mija u tletin.+
8 U bin Pallu kien Eljab. 9 U wlied Eljab: Nemwel, Datan, u Abiram. Dawn Datan+ u Abiram+ kienu l-imsejħin tal-ġemgħa, li ħaduha kontra Mosè u Aron fil-ġemgħa taʼ Koraħ,+ meta ssieltu kontra Ġeħova.
10 Imbagħad l-art fetħet fommha u belgħethom.+ U Koraħ miet mal-ġemgħa meta n-nar ħaraq mitejn u ħamsin raġel.+ U dawn saru simbolu taʼ twissija.+ 11 Madankollu, ulied Koraħ ma mitux.+
12 Ulied Simegħon+ skond il-familji tagħhom: Minn Nemwel,+ il-familja tan-Nemwelin; minn Ġamin,+ il-familja tal-Ġaminin; minn Ġakin,+ il-familja tal-Ġakinin; 13 minn Żeraħ, il-familja taż-Żeraħin; minn Sagħul,+ il-familja tas-Sagħulin. 14 Dawn kienu l-familji tas-Simegħonin: tnejn u għoxrin elf u mitejn.+
15 Ulied Gad+ skond il-familji tagħhom: Minn Sefon, il-familja tas-Sefonin; minn Ħaggi, il-familja tal-Ħaggin; minn Suni, il-familja tas-Sunin; 16 minn Ożni, il-familja taʼ l-Ożnin; minn Għeri, il-familja taʼ l-Għerin; 17 minn Arod,* il-familja taʼ l-Arodin; minn Areli,+ il-familja taʼ l-Arelin. 18 Dawn kienu l-familji taʼ wlied Gad, taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: erbgħin elf u ħames mija.+
19 Ulied Ġuda+ kienu Għer+ u Onan.+ Iżda, Għer u Onan mietu fl-art taʼ Kangħan.+ 20 U wlied Ġuda kienu, skond il-familji tagħhom: Minn Selaħ,+ il-familja tas-Selanin; minn Pereż,+ il-familja tal-Pereżin; minn Żeraħ,+ il-familja taż-Żeraħin. 21 U wlied Pereż kienu: Minn Ħesron,+ il-familja tal-Ħesronin; minn Ħamul,+ il-familja tal-Ħamulin. 22 Dawn kienu l-familji taʼ Ġuda,+ taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: sitta u sebgħin elf u ħames mija.+
23 Ulied Issakar,+ skond il-familji tagħhom, kienu: Minn Tola,+ il-familja tat-Tolagħin; minn Puwa, il-familja tal-Puwin; 24 minn Ġasub, il-familja tal-Ġasubin; minn Simron,+ il-familja tas-Simronin. 25 Dawn kienu l-familji taʼ Issakar, taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: erbgħa u sittin elf u tliet mija.+
26 Ulied Żebulun,+ skond il-familji tagħhom, kienu: Minn Sered, il-familja tas-Seredin; minn Elon, il-familja taʼ l-Elonin; minn Ġaħlel,+ il-familja tal-Ġaħlelin. 27 Dawn kienu l-familji taż-Żebulunin, taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: sittin elf u ħames mija.+
28 Ulied Ġużeppi,+ skond il-familji tagħhom, kienu Manasse u Efrajm.+ 29 Ulied Manasse+ kienu: Minn Makir,+ il-familja tal-Makirin. U Makir nissel lil Gilegħad.+ Minn Gilegħad, il-familja tal-Gilegħadin. 30 Dawn kienu wlied Gilegħad: Minn Jeżer,+ il-familja tal-Jeżerin, minn Ħelek, il-familja tal-Ħelekin; 31 minn Asrijel, il-familja taʼ l-Asrijelin; minn Sikem, il-familja tas-Sikemin; 32 minn Semida,+ il-familja tas-Semidagħin; minn Ħefer,+ il-familja tal-Ħeferin. 33 Issa Selofeħad, bin Ħefer, ma kellux ulied subien, imma bniet,+ u l-ismijiet tal-bniet taʼ Selofeħad kienu Maħla, Nogħa, Ħogla, Milka, u Tirsa.+ 34 Dawn kienu l-familji taʼ Manasse, u dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu tnejn u ħamsin elf u sebaʼ mija.+
35 Dawn kienu wlied Efrajm,+ skond il-familji tagħhom: Minn Sutelaħ,+ il-familja tas-Sutelaħin; minn Beker, il-familja tal-Bekerin; minn Taħan,+ il-familja tat-Taħanin. 36 U dawn kienu wlied Sutelaħ: Minn Għeran, il-familja taʼ l-Għeranin. 37 Dawn kienu l-familji taʼ wlied Efrajm,+ taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: tnejn u tletin elf u ħames mija. Dawn kienu wlied Ġużeppi, skond il-familji tagħhom.+
38 Ulied Benjamin,+ skond il-familji tagħhom, kienu: Minn Bela,+ il-familja tal-Belagħin; minn Asbel,+ il-familja taʼ l-Asbelin; minn Aħiram, il-familja taʼ l-Aħiramin; 39 minn Sefufam, il-familja tas-Sufamin; minn Ħufam,+ il-familja tal-Ħufamin. 40 Ulied Bela kienu Ard u Nagħman:+ Minn Ard, il-familja taʼ l-Ardin; minn Nagħman, il-familja tan-Nagħmin. 41 Dawn kienu wlied Benjamin,+ skond il-familji tagħhom, u dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu ħamsa u erbgħin elf u sitt mija.+
42 Dawn kienu wlied Dan,+ skond il-familji tagħhom: Minn Suħam, il-familja tas-Suħamin. Dawn kienu l-familji taʼ Dan,+ skond il-familji tagħhom. 43 Il-familji kollha tas-Suħamin, taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom, kienu erbgħa u sittin elf u erbaʼ mija.+
44 Ulied Aser,+ skond il-familji tagħhom, kienu: Minn Imnaħ,+ il-familja taʼ l-Imnin; minn Iswi,+ il-familja taʼ l-Iswin; minn Berija, il-familja tal-Berijin; 45 minn ulied Berija: Minn Ħeber, il-familja tal-Ħeberin; minn Malkijel,+ il-familja tal-Malkijelin. 46 U bint Aser kien jisimha Seraħ.+ 47 Dawn kienu l-familji taʼ wlied Aser,+ taʼ dawk li ġew reġistrati minn fosthom: tlieta u ħamsin elf u erbaʼ mija.+
48 Ulied Naftali,+ skond il-familji tagħhom, kienu: Minn Ġaħsel,+ il-familja tal-Ġaħselin; minn Guni,+ il-familja tal-Gunin; 49 minn Ġeżer,+ il-familja tal-Ġeżerin; minn Sillem,+ il-familja tas-Sillemin. 50 Dawn kienu l-familji taʼ Naftali,+ skond il-familji tagħhom, u dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu ħamsa u erbgħin elf u erbaʼ mija.+
51 Dawn kienu dawk li ġew reġistrati minn fost ulied Israel: sitt mitt elf u wieħed u sebaʼ mija u tletin.+
52 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 53 “Lil dawn għandek tqassmilhom l-art bħala wirt skond l-għadd taʼ l-ismijiet.+ 54 Skond kemm ikun kbir l-għadd għandek iżżid il-wirt taʼ dak li jkun, u skond kemm ikun żgħir għandek tnaqqaslu l-wirt.+ Kull wieħed għandu jingħata wirt skond kemm ikollu nies reġistrati. 55 L-art għandha titqassam billi tittellaʼ bix-xorti.+ Skond l-ismijiet tat-tribujiet taʼ missirijiethom għandhom jiksbu wirt. 56 Skond kif tmiss ix-xorti għandu jitqassam il-wirt taʼ dak li jkun bejn il-ħafna u l-ftit.”
57 Issa dawn ġew reġistrati minn fost il-Leviti+ skond il-familji tagħhom: Minn Gerson,+ il-familja tal-Gersonin; minn Keħat,+ il-familja tal-Keħatin; minn Merari,+ il-familja tal-Merarin. 58 Dawn kienu l-familji tal-Leviti: il-familja tal-Libnin,+ il-familja tal-Ħebronin,+ il-familja tal-Maħlin,+ il-familja tal-Musin,+ il-familja tal-Koraħin.+
U Keħat+ nissel lil Għamram.+ 59 U mart Għamram kien jisimha Ġokebed,+ bint Levi, li twieldet lil Levi fl-Eġittu. Maż-żmien, lil Għamram wilditlu lil Aron u lil Mosè u lil oħthom Mirjam.+ 60 Imbagħad lil Aron twildulu Nadab u Abiħu,+ Elegħażar u Itamar.+ 61 Imma Nadab u Abiħu mietu għax ippreżentaw nar projbit quddiem Ġeħova.+
62 U dawk li ġew reġistrati minn fosthom kienu tlieta u għoxrin elf, kollha tas-sess maskil minn xahar ’il fuq.+ Għax dawn ma ġewx reġistrati fost ulied Israel,+ għaliex ma kellu jingħatalhom ebda wirt fost ulied Israel.+
63 Dawn kollha kienu ġew reġistrati minn Mosè u Elegħażar, il-qassis, meta rreġistraw lil ulied Israel fil-pjanuri tad-deżert taʼ Mowab biswit il-Ġordan f’Ġeriko.+ 64 Imma fost dawn ma kien hemm ebda raġel minn dawk li kienu rreġistraw Mosè u Aron, il-qassis, meta dawn irreġistraw lil ulied Israel fix-xagħri tas-Sinaj.+ 65 Għax Ġeħova kien qal dwarhom: “Huma żgur li jmutu fix-xagħri.”+ Għalhekk, ma kien baqaʼ ebda raġel minnhom ħlief Kaleb, bin Ġefunne, u Ġożwè, bin Nun.+