Dewteronomju
13 “Jekk iqum f’nofsok xi profeta+ jew xi ħadd li joħlom+ ħolma u jagħtik sinjal jew jagħmel xi ħaġa taʼ l-għaġeb,+ 2 u jseħħ is-sinjal jew il-ħaġa taʼ l-għaġeb li jkellmek dwarhom+ u jgħidlek, ‘Ħa nimxu wara allat oħrajn, li ma tafhomx, u ħa naqduhom,’ 3 tagħtix widen għall-kliem taʼ dan il-profeta jew taʼ dak li ħolom dik il-ħolma,+ għax Ġeħova Alla tagħkom qed jgħaddikom minn prova+ biex ikun jaf jekk intom tħobbux lil Ġeħova Alla tagħkom b’qalbkom kollha u b’ruħkom kollha.+ 4 Għandkom timxu wara Ġeħova Alla tagħkom, u minnu għandkom tibżgħu, u l-kmandamenti tiegħu għandkom tħarsu, u kliemu għandkom tisimgħu, u lilu għandkom taqdu, u miegħu għandkom tintrabtu.+ 5 U dak il-profeta+ jew dak li ħolom il-ħolma għandu jingħata l-mewt,+ għax ikun tkellem dwar irvell kontra Ġeħova Alla tagħkom, li ħariġkom mill-art taʼ l-Eġittu u fdiek minn dar l-ilsiera, biex ibiegħdek mit-triq li Ġeħova Alla tiegħek ikkmandak biex timxi fiha;+ u int trid teqred il-ħażen minn ġo nofsok.+
6 “Jekk ħuk, bin ommok, jew ibnek jew bintek jew l-għażiża martek jew sieħbek tal-qalb,+ jipprova jħajrek bil-moħbi u jgħidlek, ‘Ejja mmorru naqdu allat oħrajn,’+ li ma tafhomx, la int u lanqas missirijietek, 7 xi allat tal-popli li qegħdin madwarkom, dawk qribek jew dawk ’il bogħod minnek, minn tarf wieħed taʼ l-art sat-tarf l-ieħor tagħha, 8 taqbilx max-xewqa tiegħu jew tismaʼ minnu,+ lanqas għandha għajnek titħassru, lanqas għandek tagħdru,+ u lanqas tgħattilu biex tipproteġih; 9 imma qis li toqtlu.+ Int għandek tkun l-ewwel wieħed li terfaʼ idek fuqu biex toqtlu, u mbagħad il-poplu kollu.+ 10 U trid tħaġġru bil-ġebel, u jmut,+ għaliex ipprova jbiegħdek minn Ġeħova Alla tiegħek, li ħarġek mill-art taʼ l-Eġittu, minn dar l-ilsiera.+ 11 Imbagħad Israel kollu jismaʼ u jibżaʼ, u huma ma jerġgħux jagħmlu ħaġa ħażina bħal din f’nofsok.+
12 “Jekk tismagħhom jgħidu f’waħda mill-bliet tiegħek, li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik biex tgħammar fiha, 13 ‘Irġiel li m’huma tajbin għal xejn ħarġu minn ġo nofsok+ sabiex jipprovaw ibiegħdu lill-abitanti taʼ belthom,+ u bdew jgħidulhom: “Ejja mmorru naqdu allat oħrajn,” li ma tafuhomx,’ 14 trid tfittex u tistħarreġ u tistaqsi bir-reqqa;+ u jekk il-ħaġa tiġi stabbilita li hi l-verità, li din il-ħaġa mistkerrha saret f’nofsok, 15 qis li toqtol b’xifer is-sejf lill-abitanti taʼ din il-belt.+ Eqred*+ lilha u kulma fiha, u l-annimali domestiċi tagħha, b’xifer is-sejf. 16 U l-priża kollha tagħha għandek tiġmagħha f’nofs il-pjazza tagħha, u aħraq bin-nar il-belt+ u l-priża kollha tagħha bħala offerta sħiħa lil Ġeħova Alla tiegħek, u l-belt trid issir ħerba sħiħa għal dejjem.+ Qatt m’għandha terġaʼ tinbena. 17 U assolutament xejn m’għandu jeħel maʼ idek mill-ħaġa dedikata għall-qerda,+ sabiex Ġeħova jerġaʼ lura mir-rabja taħraq tiegħu+ u juri ħniena miegħek u żgur li jħenn għalik+ u jkattrek, sewwasew bħalma ħalef lil missirijietek.+ 18 Għax int għandek tismaʼ kliem Ġeħova Alla tiegħek billi tħares il-kmandamenti kollha tiegħu+ li qed nikkmandak illum, sabiex tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova Alla tiegħek.+