Levitiku
10 Iktar tard Nadab u Abiħu,+ ulied Aron, kull wieħed minnhom qabad u ġab ir-reċipjent għall-inċens+ tiegħu u poġġa n-nar fih u tefaʼ l-inċens+ fuqu, u bdew joffru quddiem Ġeħova nar projbit,+ li hu ma kienx ordnalhom bil-miktub. 2 U ħareġ nar minn quddiem Ġeħova u qeridhom,+ u b’hekk mietu quddiem Ġeħova.+ 3 Imbagħad Mosè qal lil Aron: “Dan tkellem Ġeħova u qal, ‘Ħa nitqaddes+ fost dawk li huma qribi,+ u ħa nkun glorifikat+ quddiem wiċċ in-nies kollha.’” U Aron baqaʼ sieket.
4 Għalhekk, Mosè sejjaħ lil Misael u lil Elsafan, ulied Użżijel,+ iz-ziju t’Aron, u qalilhom: “Ersqu qrib, ġorru lil ħutkom minn quddiem il-post qaddis u ħuduhom ’il barra mill-kamp.”+ 5 Huma għaldaqstant resqu qrib u ġarrewhom bl-ilbies twil tagħhom ’il barra mill-kamp, sewwasew bħalma kien qal Mosè.
6 Imbagħad Mosè qal lil Aron u lil Elegħażar u Itamar, uliedu l-oħrajn: “Tittraskurawx xagħarkom,+ u ċċarrtux ħwejjiġkom, sabiex ma tmutux u biex hu ma jagħdabx kontra l-ġemgħa kollha;+ imma ħutkom tad-dar kollha taʼ Israel se jibku minħabba l-qerda li Ġeħova kkaġuna bin-nar. 7 U mid-daħla tat-tinda tal-laqgħa toħorġux li ma tmorrux tmutu,+ għaliex iż-żejt tad-dlik taʼ Ġeħova qiegħed fuqkom.”+ Għalhekk, għamlu skond ma qalilhom Mosè.
8 U Ġeħova kellem lil Aron u qallu: 9 “Tixrobx inbid jew xorb li jsakkar,+ int u wliedek miegħek, meta tidħlu fit-tinda tal-laqgħa, għax inkella tmutu. Dan hu statut għal żmien indefinit għall-ġenerazzjonijiet tagħkom, 10 kemm sabiex tagħmlu distinzjoni bejn dak li hu qaddis u dak li hu profan u bejn dak li mhux nadif u dak li hu nadif,+ 11 u kemm biex tgħallmu lil ulied Israel+ ir-regolamenti kollha li Ġeħova kellimhom dwarhom permezz taʼ Mosè.”
12 Imbagħad Mosè kellem lil Aron u lil Elegħażar u Itamar, l-ulied li kien baqagħlu: “Ħudu l-offerta tal-qmuħ+ li kien baqaʼ mill-offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-nar u kuluha mħejjija bla ħmira ħdejn l-artal, għaliex din hi xi ħaġa mill-iktar qaddisa.+ 13 U tridu tikluha f’post qaddis,+ għaliex hi sehmek u sehem uliedek mill-offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-nar; għax jien hekk ġejt kmandat. 14 U tieklu s-sidra taʼ l-offerta tat-tixjir+ u s-sieq tas-sehem sagru+ f’post nadif, int u wliedek subien u bniet miegħek,+ għaliex ngħatawlek bħala sehmek u sehem uliedek mis-sagrifiċċji taʼ sħubija taʼ wlied Israel. 15 Huma jġibu s-sieq tas-sehem sagru u s-sidra taʼ l-offerta tat-tixjir+ flimkien maʼ l-offerti magħmulin bin-nar, tal-bċejjeċ imxaħħmin, sabiex ixejru l-offerta tat-tixjir ’l hemm u ’l hawn quddiem Ġeħova; u din trid isservi bħala sehem+ għal żmien indefinit għalik u għal uliedek miegħek, sewwasew bħalma kkmanda Ġeħova.”
16 U Mosè fittex bir-reqqa l-bodbod taʼ l-offerta għad-dnub,+ u, ara, kien ġie maħruq. Għalhekk, tgħaddab għal Elegħażar u Itamar, ulied Aron li kien baqaʼ, u qalilhom: 17 “Għala ma kiltux l-offerta għad-dnub fil-post li hu qaddis,+ ladarba din hi xi ħaġa mill-iktar qaddisa u hu taha lilkom ħalli twieġbu għall-iżball tal-ġemgħa sabiex tagħmlu tpattija għalihom quddiem Ġeħova?+ 18 Ara! Demmha ma ddaħħalx ġewwa fil-post qaddis.+ Kellkom assolutament tikluha fil-post qaddis, sewwasew bħalma ġejt kmandat jien.”+ 19 Għal dan, Aron qal lil Mosè: “Ara! Illum huma ppreżentaw l-offerta għad-dnub u l-offerta tal-ħruq quddiem Ġeħova,+ waqt li affarijiet bħal dawn bdew jiġru lili; u kieku llum jien kilt l-offerta għad-dnub, kien dan jingħoġob f’għajnejn Ġeħova?”+ 20 Meta Mosè semaʼ hekk, dan intgħoġob f’għajnejh.