Dewteronomju
9 “Ismaʼ, O Israel, illum int se taqsam il-Ġordan+ biex tidħol u tieħu l-proprjetà taʼ ġnus akbar u iktar setgħanin minnek,+ bliet kbar u fortifikati sas-smewwiet,+ 2 nies kbar u twal, ulied l-Għanakin,+ li int kont taf bihom u li dwarhom int stess smajt jingħad, ‘Min jistaʼ jżomm sod quddiem ulied Għanak?’ 3 U llum int taf tajjeb li Ġeħova Alla tiegħek se jaqsam quddiemek.+ Hu nar li jeqred.+ Hu se jġibhom fix-xejn,+ u hu nnifsu se jrażżanhom quddiemek; u int tiħdilhom il-proprjetà tagħhom u teqridhom bil-ħeffa, sewwasew bħalma qallek Ġeħova.+
4 “Tgħidx dan f’qalbek meta Ġeħova Alla tiegħek iwarrabhom minn quddiemek, ‘Kien minħabba s-sewwa tiegħi stess li Ġeħova daħħalni f’din l-art+ biex niħodha f’idejja,’ meta fil-fatt huwa minħabba l-ħażen taʼ dawn il-ġnus li Ġeħova qed ikeċċihom minn quddiemek.+ 5 M’huwiex minħabba s-sewwa tiegħek+ jew minħabba l-qalb retta tiegħek+ li se tidħol biex tieħu arthom; fil-fatt, huwa minħabba l-ħażen taʼ dawn il-ġnus li Ġeħova Alla tiegħek qed ikeċċihom minn quddiemek,+ u sabiex iwettaq il-kelma li Ġeħova ħalef lil missirijietek, Abraham,+ Iżakk,+ u Ġakobb.+ 6 U kun af li mhux minħabba s-sewwa tiegħek li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik din l-art tajba biex tiħodha f’idejk; għax int poplu rasu iebsa.*+
7 “Ftakar u tinsiex kif inkorlajt lil Ġeħova Alla tiegħek fix-xagħri.+ Minn dakinhar li ħriġt mill-art taʼ l-Eġittu sakemm wasaltu f’dan il-post intom aġixxejtu b’mod ribelluż maʼ Ġeħova.+ 8 Anki fil-Ħoreb qanqaltu lil Ġeħova biex jirrabja, u b’hekk Ġeħova tgħaddab għalikom tant li ried iġibkom fix-xejn.+ 9 Meta tlajt fuq il-muntanja biex nieħu t-twavel tal-ġebel,+ it-twavel tal-patt li Ġeħova kien għamel magħkom,+ u bqajt ngħammar fuq il-muntanja erbgħin jum u erbgħin lejl,+ (la kilt ħobż u lanqas xrobt ilma,) 10 imbagħad Ġeħova tani ż-żewġ twavel tal-ġebel miktubin bis-sabaʼ t’Alla;+ u fuqhom kien hemm il-kliem kollu li Ġeħova kien qalilkom fuq il-muntanja minn ġon-nar f’jum il-kongregazzjoni.+ 11 U ġara li fi tmiem l-erbgħin jum u l-erbgħin lejl Ġeħova tani ż-żewġ twavel tal-ġebel, it-twavel tal-patt;+ 12 u Ġeħova qalli, ‘Qum, inżel malajr minn hawnhekk, għaliex in-nies tiegħek li int ħriġt mill-Eġittu aġixxew b’mod mill-agħar.+ Huma malajr warrbu mit-triq li kkmandajthom dwarha. Għamlu għalihom xbieha minn metall imdewweb.’+ 13 U Ġeħova ssokta jgħidli dan, ‘Ħarist lejn dan il-poplu u rajt li dan poplu rasu iebsa.+ 14 Ħallini ħa nġibhom fix-xejn+ u neqred isimhom minn taħt is-smewwiet,+ u ħa nagħmel lilek ġens iktar setgħan u iktar kotran minnhom.’+
15 “Imbagħad dort u nżilt minn fuq il-muntanja, waqt li l-muntanja kienet qed taqbad bin-nar;+ u ż-żewġ twavel tal-patt kienu f’idejja t-tnejn.+ 16 Imbagħad ħarist, u, ara, kontu dnibtu kontra Ġeħova Alla tagħkom! Għamiltu għoġol minn metall imdewweb.+ Malajr warrabtu mit-triq li Ġeħova kien ikkmandakom dwarha.+ 17 Imbagħad qbadt iż-żewġ twavel u waddabthom minn idejja t-tnejn u farrakthom quddiem għajnejkom.+ 18 U nxtħett fl-art quddiem Ġeħova, bħall-ewwel darba, erbgħin jum u erbgħin lejl. La kilt ħobż u lanqas xrobt ilma,+ minħabba dnubkom kollu li kontu wettaqtu meta għamiltu l-ħażen f’għajnejn Ġeħova sabiex toffenduh.+ 19 Għax jien bżajt minħabba r-rabja taħraq li biha Ġeħova kien tgħaddab għalikom tant li ried iġibkom fix-xejn.+ Madankollu, Ġeħova semagħni din id-darba wkoll.+
20 “Għal Aron, ukoll, Ġeħova tgħaddab tant li ried iġibu fix-xejn;+ imma jien tlabt bil-ħerqa+ wkoll għal Aron f’dak iż-żmien partikulari. 21 U dnubkom li kontu għamiltu, l-għoġol,+ ħadtu u ħraqtu fin-nar u farraktu u tħantu sew sakemm sar fin bħat-trab; imbagħad tfajt it-trab tiegħu fil-wied li kien nieżel mill-muntanja.+
22 “Ukoll, f’Tabgħera+ u f’Massah+ u f’Kibrot-ħattawa+ intom qanqaltu lil Ġeħova biex jirrabja.+ 23 U meta Ġeħova ħariġkom minn Kades-barnegħa+ u qalilkom, ‘Itilgħu u ħudu f’idejkom l-art li żgur li se nagħtiha lilkom!’ intom aġixxejtu b’mod ribelluż kontra l-ordni taʼ Ġeħova Alla tagħkom,+ u m’eżerċitajtux il-fidi+ fih u ma smajtux minn kliemu.+ 24 Intom aġixxejtu b’mod ribelluż maʼ Ġeħova+ minn mindu sirt nafkom.
25 “Għalhekk, bqajt mixħut fl-art quddiem Ġeħova erbgħin jum u erbgħin lejl,+ għax jien inxtħett fl-art għaliex Ġeħova qal li se jġibkom fix-xejn.+ 26 U bdejt nitlob bil-ħerqa+ lil Ġeħova u ngħidlu, ‘O Mulej Sovran Ġeħova, teqridx lill-poplu tiegħek, saħansitra l-proprjetà privata tiegħek,+ li fdejtu bil-kobor tiegħek, u li ħriġtu mill-Eġittu+ b’id b’saħħitha.+ 27 Ftakar fil-qaddejja tiegħek Abraham, Iżakk, u Ġakobb.+ Tħarisx lejn l-ebusija taʼ dan il-poplu u l-ħażen tagħhom u dnubhom,+ 28 li ma tmurx l-art+ li ħriġtna minnha tgħid: “Kien għax Ġeħova ma kellux il-ħila jdaħħalhom fl-art li kien wegħedhom, u għax kien jobgħodhom li ħariġhom biex joqtolhom fix-xagħri.”+ 29 Huma għadhom il-poplu tiegħek u l-proprjetà privata tiegħek,+ li ħriġt bil-qawwa kbira tiegħek u bi driegħek maħruġ ’il barra.’+