LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 25
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

Dewteronomju 25:1

Referenzi Marġinali

  • +Dt 17:8; 19:17; 21:5
  • +Dt 16:18; 17:9
  • +Eżo 23:6; 2Kro 19:6; Pr 17:15; 31:9; Is 5:23

Dewteronomju 25:2

Referenzi Marġinali

  • +Pr 19:29; Lq 12:48
  • +Pr 10:13; 20:30; 26:3; Lh 2:2

Dewteronomju 25:3

Referenzi Marġinali

  • +2Kor 11:24

Dewteronomju 25:4

Referenzi Marġinali

  • +Pr 12:10; 1Kor 9:9; 1Ti 5:18

Dewteronomju 25:5

Referenzi Marġinali

  • +Ġen 38:8; Rt 4:5; Mrk 12:19

Dewteronomju 25:6

Referenzi Marġinali

  • +Ġen 38:9; Rt 4:10, 14
  • +Nu 27:4; 2Sm 18:18

Dewteronomju 25:7

Referenzi Marġinali

  • +Rt 4:4

Dewteronomju 25:8

Referenzi Marġinali

  • +Rt 4:6

Dewteronomju 25:9

Referenzi Marġinali

  • +Rt 4:7
  • +Nu 12:14
  • +Dt 25:5

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    It-Torri tal-Għassa,

    9/15/2004, p. 26

Dewteronomju 25:11

Referenzi Marġinali

  • +Le 21:20; Dt 23:1

Dewteronomju 25:12

Referenzi Marġinali

  • +Dt 19:13, 21

Dewteronomju 25:13

Referenzi Marġinali

  • +Pr 11:1; 16:11; 20:10; Mik 6:11

Dewteronomju 25:14

Referenzi Marġinali

  • +Eżo 16:36; Le 19:36; Eże 45:10; Għm 8:5

Dewteronomju 25:15

Referenzi Marġinali

  • +Dt 4:40; 1Pt 3:10

Dewteronomju 25:16

Referenzi Marġinali

  • +Le 19:35; Rum 9:14

Dewteronomju 25:17

Referenzi Marġinali

  • +Eżo 17:8; Nu 24:20

Dewteronomju 25:18

Referenzi Marġinali

  • +Eżo 15:16; Sa 36:1; Rum 3:18

Dewteronomju 25:19

Referenzi Marġinali

  • +Ġoż 22:4
  • +Eżo 17:14; 1Sm 14:48; 15:3; 1Kro 4:43; Est 3:1; 7:10

Indiċi

  • Gwida għall-Pubblikazzjonijiet

    Imita, p. 144

Traduzzjonijiet tal-Istess Silta

Ikklikkja fuq numru taʼ vers biex tara l-istess vers f'Bibbji oħra.

Oħrajn

Dewt. 25:1Dt 17:8; 19:17; 21:5
Dewt. 25:1Dt 16:18; 17:9
Dewt. 25:1Eżo 23:6; 2Kro 19:6; Pr 17:15; 31:9; Is 5:23
Dewt. 25:2Pr 19:29; Lq 12:48
Dewt. 25:2Pr 10:13; 20:30; 26:3; Lh 2:2
Dewt. 25:32Kor 11:24
Dewt. 25:4Pr 12:10; 1Kor 9:9; 1Ti 5:18
Dewt. 25:5Ġen 38:8; Rt 4:5; Mrk 12:19
Dewt. 25:6Ġen 38:9; Rt 4:10, 14
Dewt. 25:6Nu 27:4; 2Sm 18:18
Dewt. 25:7Rt 4:4
Dewt. 25:8Rt 4:6
Dewt. 25:9Rt 4:7
Dewt. 25:9Nu 12:14
Dewt. 25:9Dt 25:5
Dewt. 25:11Le 21:20; Dt 23:1
Dewt. 25:12Dt 19:13, 21
Dewt. 25:13Pr 11:1; 16:11; 20:10; Mik 6:11
Dewt. 25:14Eżo 16:36; Le 19:36; Eże 45:10; Għm 8:5
Dewt. 25:15Dt 4:40; 1Pt 3:10
Dewt. 25:16Le 19:35; Rum 9:14
Dewt. 25:17Eżo 17:8; Nu 24:20
Dewt. 25:18Eżo 15:16; Sa 36:1; Rum 3:18
Dewt. 25:19Ġoż 22:4
Dewt. 25:19Eżo 17:14; 1Sm 14:48; 15:3; 1Kro 4:43; Est 3:1; 7:10
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • Aqra f'din l-edizzjoni Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida (nwt)
  • 1
  • 2
  • 3
  • 4
  • 5
  • 6
  • 7
  • 8
  • 9
  • 10
  • 11
  • 12
  • 13
  • 14
  • 15
  • 16
  • 17
  • 18
  • 19
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Dewteronomju 25:1-19

Dewteronomju

25 “Jekk iqum argument bejn xi rġiel,+ u dawn jippreżentaw ruħhom għall-​ġudizzju,+ l-​imħallfin iridu jiġġudikawhom u lill-​ġust jiddikjarawh ġust u lil dak mill-​agħar jiddikjarawh mill-​agħar.+ 2 U jrid iseħħ li jekk dak li hu mill-​agħar ikun jistħoqqlu s-​swat,+ l-​imħallef irid iġiegħlu jinxteħet għal tulu u l-​għadd taʼ daqqiet+ li jingħata quddiemu jkun skond l-​għemil ħażin tiegħu. 3 Erbgħin daqqa jistaʼ jagħtih. M’għandu jżid lanqas waħda, li ma jmurx ikompli jagħtih ħafna daqqiet iktar minn dawn+ u ħuk jaqaʼ fl-​għajb quddiem għajnejk.

4 “Tagħmilx sarima maʼ ħalq il-​barri waqt li jkun qed jidres.+

5 “Jekk l-​aħwa jgħammru flimkien u wieħed minnhom imut mingħajr ma jkollu iben, mart il-​mejjet m’għandhiex tiżżewweġ barra mill-​familja maʼ raġel stranġier. Ħu żewġha għandu jmur għandha, u jrid jiħodha b’martu u jiżżewwiġha u jaqdi dmiru magħha bħala ħu żewġha.+ 6 U jrid iseħħ li l-​ewwel imwieled li tiled għandu jiret isem ħuh il-​mejjet,+ sabiex ismu ma jinqeridx minn Israel.+

7 “Issa jekk ir-​raġel ma jogħġbux jieħu l-​armla taʼ ħuh, l-​armla taʼ ħuh titlaʼ ħdejn bieb il-​belt għand ix-​xjuħ+ u tgħid, ‘Ħu żewġi ma jridx iqajjem isem ħuh f’Israel. Ma qabilx li jiżżewwiġni u jaqdi dmiru miegħi bħala ħu żewġi.’ 8 U x-​xjuħ taʼ beltu jsejħulu u jkellmuh, u hu jidher quddiemhom u jgħid, ‘Ma jogħġobnix niħodha.’+ 9 U l-​armla taʼ ħuh tersaq lejh quddiem għajnejn ix-​xjuħ u tneħħilu s-​sandlija minn siequ+ u tobżoqlu f’wiċċu+ u twieġeb u tgħid, ‘Hekk għandhom jagħmlulu lir-​raġel li ma jkunx irid inissel iben għal ħuh.’+ 10 U ismu jrid jissejjaħ f’Israel ‘Id-​dar taʼ dak li tneħħietlu s-​sandlija.’

11 “Jekk xi rġiel jissieltu flimkien, wieħed maʼ l-​ieħor, u mart wieħed minnhom tersaq qrib biex teħles lil żewġha minn id dak li qed isawtu, u hi toħroġ idha u taqbdu mill-​partijiet privati tiegħu,+ 12 aqtgħalha idha barra. Għajnejk m’għandhomx tiġihom ħasra.+

13 “M’għandux ikollok fil-​ħorġa tiegħek żewġ tipi t’użin,+ wieħed kbir u wieħed żgħir. 14 M’għandux ikollok f’darek żewġ tipi t’efa,+ waħda kbira u waħda żgħira. 15 Għandu jkollok użin eżatt u ġust. Għandu jkollok efa eżatta u ġusta, sabiex jitwalu jiemek fl-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.+ 16 Għax kulmin jagħmel dawn l-​affarijiet, kulmin jimxi bl-​inġustizzja, hu xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova Alla tiegħek.+

17 “Għandek tiftakar x’għamillek Għamalek fit-​triq meta kontu ħerġin mill-​Eġittu,+ 18 kif iltaqaʼ miegħek fit-​triq u ġie minn warajk u attakka lil dawk kollha li kienu qed ikarkru warajk, meta int kont dgħajjef u għajjien; u hu ma beżax minn Alla.+ 19 U jrid iseħħ li meta Ġeħova Alla tiegħek ikun serrħek mill-​għedewwa kollha taʼ madwarek fl-​art li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt biex tiħodha f’idejk,+ għandek tħassar isem Għamalek minn taħt is-​smewwiet biex ma jissemmiex iktar.+ Qis li ma tinsiex.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja