Ġob
32 Għalhekk, dawn it-tlett irġiel ma wiġbuhx iżjed lil Ġob, għax kien ġust f’għajnejh stess.+ 2 Imma saħnet ir-rabja t’Eliħu, bin Barakel il-Bużi,+ mill-familja taʼ Ram. Kontra Ġob xegħlet ir-rabja tiegħu minħabba li ddikjara lil ruħu ġusta minflok lil Alla.+ 3 Ukoll, ir-rabja tiegħu xegħlet kontra t-tliet sħabu minħabba l-fatt li ma kinux sabu tweġiba imma bdew jgħidu li Alla kien ħati.+ 4 U Eliħu kien stenna lil Ġob jispiċċa, u mbagħad tkellem hu, għaliex huma kienu akbar minnu fl-età.+ 5 U Eliħu ra li ma kien hemm ebda tweġiba minn fomm+ it-tlett irġiel, u r-rabja tiegħu saħnet iktar u iktar. 6 U Eliħu, bin Barakel il-Bużi, wieġeb u qal:
“Żgħir jien fl-età
U intom imdaħħlin fiż-żmien.+
Huwa għalhekk li nġbidt lura u bżajt
Niddikjaralkom l-għarfien tiegħi.
8 Żgur li hu l-ispirtu fil-bnedmin mortali,
In-nifs taʼ Dak li Jistaʼ Kollox li jagħtihom l-abbiltà li jifhmu.+
9 M’humiex dawk li sempliċement għandhom ħafna żmien li huma għorrief,+
Lanqas dawk li sempliċement huma xjuħ li jifhmu fil-ħaqq.+
10 Għalhekk, jien għedt, ‘Ismagħni.
Jien, iva, jien, niddikjara l-għarfien tiegħi.’
11 Ara! Jien qgħadt nistenniekom titkellmu,
Bqajt nagħti widen għall-irraġunar tagħkom,+
Sakemm kontu qed taħsbu x’se tgħidu.
12 U bqajt attent għalikom,
U, ara, m’hemm ħadd li jċanfar lil Ġob,
Ħadd minnkom ma jwieġeb għal dak li qal,
13 Sabiex ma tgħidux, ‘Sibna l-għerf;+
Hu Alla li jċanfru, mhux xi bniedem.’
14 Peress li ma qalx kliem kontrija,
M’iniex se nwieġbu b’dak li għedtu intom.
15 Twerwru, u ma wiġbux iktar;
Naqashom il-kliem.
16 U jien nistenna, għax ma jkomplux jitkellmu;
Għax waqfu, u ma wiġbux iktar.
17 Jien, iva, jien, nagħti t-tweġiba tiegħi;
Jien, iva, jien, niddikjara l-għarfien tiegħi;
18 Għax jien mimli kliem;
L-ispirtu għamel pressjoni+ fuqi f’żaqqi.