Lid-direttur. Taʼ David.
14 Min hu bla sens qal f’qalbu:
“M’hemmx Ġeħova.”+
Huma aġixxew b’mod mill-agħar,+ għamlu affarijiet mistkerrhin.
M’hemm ħadd li qed jagħmel it-tajjeb.+
2 Ġeħova ħares ’l isfel mis-sema lejn ulied il-bnedmin,+
Biex jara jekk hemmx xi ħadd li għandu d-dehen, xi ħadd li qed ifittex lil Ġeħova.+
3 Ilkoll żvijaw,+ ilkoll kemm huma mħassrin;+
M’hemm ħadd li qed jagħmel it-tajjeb,+
Lanqas wieħed li hu wieħed.+
4 Fost dawk li jipprattikaw il-ħsara, m’hemm ħadd li għandu l-għarfien?+
Għax jieklu lill-poplu tiegħi qishom qed jieklu l-ħobż.+
Ma sejħux lil Ġeħova.+
5 Imbagħad imtlew b’biżaʼ kbir,+
Għax Ġeħova qiegħed fost il-ġenerazzjoni tal-ġust.+
6 Lill-magħkus ġegħeltuh jistħi minħabba l-pjan tiegħu,
Għax Ġeħova hu l-kenn tiegħu.+
7 O li kieku minn Sijon tiġi s-salvazzjoni taʼ Israel!+
Meta Ġeħova jiġbor lura lill-imjassrin tal-poplu tiegħu,+
Ħa jifraħ Ġakobb, ħa jithenna Israel.+