Dewteronomju
26 “U jrid iseħħ li meta sa fl-aħħar tidħol fl-art li Ġeħova Alla tiegħek qed jagħtik bħala wirt, u tkun ħadtha f’idejk u għammart fiha,+ 2 ħu ftit mill-ewwel frott+ tal-prodott kollu tal-ħamrija, li se ġġib minn artek li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek, u poġġih f’qoffa u mur fil-post li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek biex ismu jgħammar hemmhekk.+ 3 U mur għand il-qassis+ li jkun qed jaqdi f’dawk il-jiem u għidlu, ‘Irrid nistqarr illum lil Ġeħova Alla tiegħek li jien dħalt fl-art li Ġeħova ħalef lil missirijietna li jagħtihielna.’+
4 “U l-qassis jieħu l-qoffa minn idek u jqegħedha quddiem l-artal taʼ Ġeħova Alla tiegħek. 5 U int twieġeb u tgħid quddiem Ġeħova Alla tiegħek, ‘Missieri kien Sirjan+ li kien wasal biex jinqered; u niżel l-Eġittu+ u għammar hemmhekk bħala barrani meta kellu ftit ferm nies;+ imma hemmhekk sar ġens kbir, setgħan u numeruż.+ 6 U l-Eġizzjani ttrattawna ħażin u għakksuna u għabbewna b’jasar iebes.+ 7 U bdejna ngħajtu lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietna,+ u Ġeħova semaʼ leħinna+ u ra s-sofferenza tagħna u l-inkwiet tagħna u l-moħqrija tagħna.+ 8 Sa fl-aħħar, Ġeħova ħariġna mill-Eġittu b’id b’saħħitha+ u bi driegħ maħruġ ’il barra+ u b’biżaʼ kbir+ u b’sinjali u b’mirakli.+ 9 Imbagħad ġabna f’dan il-post u tana din l-art, art li tnixxi ħalib u għasel.+ 10 U issa, ara, jien ġibt l-ewwel frott mill-prodott taʼ l-art li tani Ġeħova.’+
“Qiegħdu quddiem Ġeħova Alla tiegħek u mil quddiem Ġeħova Alla tiegħek.+ 11 U thenna+ bil-ġid kollu li Ġeħova Alla tiegħek ta lilek u lil taʼ darek, int u l-Levita u r-resident barrani li qiegħed f’nofsok.+
12 “Meta ttemm tiġbor+ l-għexur kollha tal-prodott tiegħek fit-tielet sena,+ is-sena taʼ l-għexur, agħtihom lil-Levita, lir-resident barrani, lit-tifel bla missier, u lill-armla, u dawn jikluhom ’il ġewwa minn bwiebek u jixbgħu.+ 13 U għid quddiem Ġeħova Alla tiegħek, ‘Neħħejt dak li hu qaddis mid-dar u tajtu lil-Levita u lir-resident barrani, lit-tifel bla missier u lill-armla,+ fi qbil mal-kmandamenti kollha tiegħek li kkmandajtni. La ksirt il-kmandamenti tiegħek, u lanqas insejthom.+ 14 La kilt minnhom meta kont bil-vistu, la ħadt minnhom meta ma kontx nadif, u lanqas tajt minnhom għal xi ħadd mejjet. Smajt minn leħen Ġeħova Alla tiegħi. Għamilt skond kulma kkmandajtni. 15 Ħares ’l isfel mill-post qaddis fejn tgħammar,+ mis-smewwiet, u bierek lill-poplu tiegħek Israel+ u l-art li tajtna, bħalma ħlift lil missirijietna,+ l-art li tnixxi ħalib u għasel.’+
16 “Illum Ġeħova Alla tiegħek qed jikkmandak twettaq dawn ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji;+ osservahom u wettaqhom b’qalbek kollha+ u b’ruħek kollha.+ 17 Lil Ġeħova int qanqaltu jgħid illum li se jkun Alla tiegħek dment li timxi fi triqatu u tosserva r-regolamenti tiegħu+ u l-kmandamenti tiegħu+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu+ u tismaʼ minn leħnu.+ 18 U lilek Ġeħova qanqlek biex illum tgħid li se tkun il-poplu tiegħu, proprjetà speċjali,+ sewwasew bħalma wiegħdek,+ u li int se tosserva l-kmandamenti kollha tiegħu, 19 u li hu se jgħollik ’il fuq mill-ġnus l-oħrajn kollha li għamel,+ u dan iġib tifħir u isem tajjeb u ġmiel, waqt li turi li int poplu qaddis għal Ġeħova Alla tiegħek,+ sewwasew bħalma wiegħed.”