Proverbji
24 Tgħirx għan-nies ħżiena,+ u tixxennaqx li tkun magħhom.+ 2 Għax qalbhom dejjem timmedita fuq kif se jikkaġunaw it-tħarbit, u xofftejhom dejjem jitkellmu dwar kif se jaqilgħu l-inkwiet.+
3 Dar tinbena bl-għerf,+ u bid-dixxerniment tkun stabbilita fis-sod.+ 4 U bl-għarfien il-kmamar taʼ ġewwa jimtlew b’kull ġid prezzjuż u sabiħ.+
5 Wieħed li juża saħħtu bl-għerf huwa raġel b’saħħtu tassew,+ u r-raġel li għandu l-għarfien qed iżid il-qawwa tiegħu.+ 6 Għax permezz tad-direzzjoni għaqlija twettaq il-gwerra tiegħek,+ u fil-kotra taʼ dawk li jagħtu l-pariri hemm is-salvazzjoni.+
7 Għall-iblah l-għerf veru hu għoli wisq;+ f’bieb il-belt ma jiftaħx ħalqu.
8 Kulmin jippjana li jagħmel il-ħażin jissejjaħ bniedem tas-sengħa fl-ideat mill-agħar.+
9 Il-kondotta laxka tal-bluha hi dnub,+ u min iwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt hu xi ħaġa mistkerrha għall-bnedmin.+
10 Skuraġġejt ruħek fi żmien l-hemm?+ Ma tantx se jkollok qawwa.
11 Eħles lil dawk li qed jittieħdu għall-mewt; u żomm lura lil dawk li qed jogħtru huma u sejrin għall-qatla.+ 12 Jekk tgħid: “Ara! Ma konniex nafu b’dan,”+ mhux se jinduna dak li qed jiżen il-qlub?+ U dak li qiegħed josservak mhux se jkun jaf?+ U mhux se jħallas lura lill-bniedem skond għemilu?+
13 Ibni, kul l-għasel, għax hu tajjeb; u ħa jkollok f’ħalqek it-togħma taʼ l-għasel ħelu tax-xehda.+ 14 Bl-istess mod, sir af l-għerf għall-benefiċċju tiegħek.+ Jekk sibtu, mela hemm futur tajjeb, u t-tama tiegħek ma tgħibx.+
15 Tonsobx, bħal bniedem mill-agħar, għall-post fejn jgħix il-ġust;+ tħarbatlux il-post fejn jistrieħ.+ 16 Għax il-ġust jistaʼ saħansitra jaqaʼ sebaʼ darbiet, u żgur iqum;+ imma n-nies mill-agħar se jitfixklu minħabba l-gwaj.+
17 Meta l-għadu tiegħek jaqaʼ, tithenniex; u meta jiġi mfixkel, ħa ma tifraħx qalbek,+ 18 li ma jmurx jara dan Ġeħova u jkun ħażin f’għajnejh u jneħħi r-rabja tiegħu minn fuqu.+
19 Titbaqbaqx għal min jagħmel il-ħażen. Issirx għajjur għan-nies mill-agħar.+ 20 Għax ma se jkun hemm ebda futur għall-ħażin;+ il-musbieħ tan-nies mill-agħar se jintefa.+
21 Ibni, ibżaʼ minn Ġeħova u mis-sultan.+ Tiddeffisx maʼ dawk li jridu bidla.+ 22 Għax id-diżastru tagħhom jiġi f’daqqa,+ u min se jintebaħ li dawk li jridu bidla jkunu ġew fix-xejn?+
23 Dan il-kliem ukoll hu għal min hu għaref:+ Mhux tajjeb li tintwera parzjalità fil-ġudizzju.+
24 Min qed jgħid lill-ħażin: “Int ġust,”+ il-popli jisħtuh, il-ġnus jikkundannawh. 25 Imma dawk li jwiddbuh se jaħbtilhom tajjeb,+ u fuqhom se tiġi l-barka taʼ ġid.+ 26 Min qed iwieġeb sew u bis-sinċerità se jbus ix-xofftejn.+
27 Ipprepara xogħlok barra, u ħejjih għalik fl-għalqa.+ Imbagħad ibni wkoll lil taʼ darek.
28 Tkunx xhud kontra għajrek bla ebda bażi.+ Imbagħad ikollok tagħmel xi bluha b’xofftejk.+ 29 Tgħidx: “Kif għamilli, nagħmillu.+ Inpatti lil kulħadd skond għemilu.”+
30 Għaddejt minn ħdejn l-għalqa taʼ l-għażżien+ u minn ħdejn l-għalqa tad-dwieli tal-bniedem b’qalb belha.*+ 31 U, ara, kullimkien kien tielaʼ l-ħaxix ħażin.+ Il-wiċċ kollu kien miksi bil-ħurrieq, u l-ħajt tal-ġebel kien imġarraf.+
32 U jien, iva, jien, bdejt nara; jien bdejt nieħu dan bis-serjetà;+ rajt, u ħadt din id-dixxiplina:+ 33 Orqod ftit ieħor, ongħos ftit ieħor, imtedd ftit ieħor b’idejk marbutin,+ 34 u bħal ħalliel il-faqar jiġi fuqek u l-għaks bħal bniedem armat.+