Rumani
4 Għalhekk, x’ngħidu dwar Abraham, missierna+ skond il-laħam? 2 Per eżempju, kieku Abraham kien dikjarat ġust minħabba l-għemejjel,+ kien ikollu għalxiex jiftaħar; imma mhux m’Alla. 3 Għax x’tgħid l-iskrittura? “Abraham eżerċita l-fidi f’Ġeħova, u dan ngħaddlu bħala ġustizzja.”+ 4 Issa min jaħdem,+ il-paga ma tgħoddlux bħala għotja b’xejn,*+ imma bħala dejn.+ 5 Mill-banda l-oħra, min ma jaħdimx imma jpoġġi l-fidi+ f’dak li jiddikjara ġust lil min mhux devot, il-fidi tiegħu tingħaddlu bħala ġustizzja.+ 6 Bħalma jgħid ukoll David dwar l-hena tal-bniedem li Alla jgħoddlu l-ġustizzja mingħajr l-għemejjel: 7 “Henjin dawk li l-għemejjel tagħhom kontra l-liġi nħafrulhom+ u li dnubiethom ġew mgħottijin;+ 8 hieni l-bniedem li Ġeħova ma jitolbux kont+ taʼ dnubu.”
9 Allura, dan l-hena jiġi fuq nies ċirkonċiżi jew ukoll fuq nies mhux ċirkonċiżi?+ Għax aħna ngħidu: “Il-fidi t’Abraham ngħadditlu bħala ġustizzja.”+ 10 Għalhekk, f’liema ċirkustanzi kienet magħduda? Meta kien biċ-ċirkonċiżjoni jew meta kien mingħajr iċ-ċirkonċiżjoni?+ Mhux meta kien biċ-ċirkonċiżjoni, imma meta kien mingħajr iċ-ċirkonċiżjoni. 11 U rċieva sinjal,+ jiġifieri, iċ-ċirkonċiżjoni, bħala siġill tal-ġustizzja minħabba l-fidi li kellu meta kien għadu mhux ċirkonċiż, biex b’hekk ikun il-missier+ taʼ dawk kollha li jkollhom il-fidi+ waqt li jkunu mingħajr ċirkonċiżjoni, sabiex tingħaddilhom il-ġustizzja; 12 u missier taʼ nisel ċirkonċiż, mhux biss taʼ dawk li jżommu maċ-ċirkonċiżjoni, imma wkoll taʼ dawk li jimxu bl-ordni fuq il-passi taʼ dik il-fidi li kellu missierna+ Abraham meta kien għadu mhux ċirkonċiż.
13 Għax ma kienx permezz tal-liġi li Abraham jew nislu ngħata l-wegħda+ li se jkun werriet tad-dinja, imma kien permezz tal-ġustizzja minħabba l-fidi.+ 14 Għax jekk dawk li jżommu mal-liġi huma werrieta, il-fidi saret bla siwi u l-wegħda tneħħiet.+ 15 Fir-realtà l-Liġi tipproduċi l-korla,+ imma fejn m’hemmx liġi, lanqas hemm ksur tal-liġi.+
16 Għaldaqstant, il-wegħda+ kienet minħabba l-fidi, biex tkun skond il-qalb tajba mhix mistħoqqa,+ u hekk tkun żgura għal nislu+ kollu, mhux biss għal dak li jżomm mal-Liġi, imma wkoll għal dak li jżomm mal-fidi t’Abraham. (Hu missierna+ lkoll, 17 bħalma hu miktub: “Jien ħtartek missier taʼ ħafna ġnus.”)+ Dan ġara quddiem Dak li kellu fidi fih, iva, quddiem Alla, li jagħti l-ħajja+ lill-mejtin u jsejjaħ l-affarijiet li ma jeżistux bħallikieku jeżistu.+ 18 Għalkemm ma kellu ebda tama, madankollu kellu fidi+ bbażata fuq it-tama li jsir missier taʼ ħafna ġnus+ skond ma kien intqal: “Hekk ikun nislek.”+ 19 U għalkemm ma ddgħajjifx fil-fidi, qies li ġismu stess issa kien diġà mejjet,+ billi kellu kważi mitt sena,+ u qies ukoll li l-ġuf taʼ Sara+ kien mejjet. 20 Imma minħabba l-wegħda+ t’Alla ma ddubitax b’nuqqas taʼ fidi,+ imma tqawwa bil-fidi tiegħu+ u ta glorja lil Alla 21 u kien konvint bis-sħiħ li dak li wiegħed kien kapaċi jagħmlu+ wkoll. 22 B’hekk, “ngħaddlu bħala ġustizzja.”+
23 Madankollu, m’hemmx miktub “ngħaddlu”+ minħabba fih biss,+ 24 imma wkoll minħabba fina li lilna kellu jingħaddilna, għax nemmnu f’dak li qajjem mill-imwiet+ lil Ġesù, il-Mulej tagħna. 25 Dan ngħata minħabba n-nuqqasijiet tagħna+ u ġie mqajjem sabiex jiddikjarana ġusti.+