Salmi
Lid-direttur. Taʼ David, il-qaddej taʼ Ġeħova.
36 Id-dnub ikellem lill-bniedem mill-agħar f’qalbu;+
Dan m’għandux il-biżaʼ t’Alla quddiem għajnejh.+
2 Għax l-opinjoni li għandu tiegħu nnifsu hi mqarrqa+
U ma jistax jinduna bl-iżball tiegħu sabiex jobogħdu.+
4 Fuq soddtu dejjem jippjana kif jagħmel il-ħsara.+
Imur fi triq li mhix tajba.+
Dak li huwa ħażin ma jwarrbux.+
5 O Ġeħova, il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek hi fis-smewwiet;+
Il-fedeltà tiegħek m’ogħla s-sħab.+
6 Is-sewwa tiegħek hu bħall-muntanji tiegħek, O Alla;+
Id-deċiżjoni ġudizzjarja tiegħek hija bħal ilma fond ħafna.+
Int issalva lill-bniedem u l-bhima, O Ġeħova.+
7 Kemm hi prezzjuża l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek, O Alla!+
U fid-dell taʼ ġwinħajk jistkennu wlied il-bnedmin.+
8 Huma jixorbu sa ma jixbgħu mill-abbundanza taʼ darek;+
U mill-gliegel tal-pjaċiri tiegħek tagħtihom jixorbu.+
10 Kompli uri l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek lil dawk li jafuk,+
U s-sewwa tiegħek lil dawk li huma retti f’qalbhom.+