Taʼ David. Melodija.
24 Taʼ Ġeħova l-art u kulma fiha,+
L-art produttiva u dawk li jgħammru fiha.+
2 Għax fuq l-ibħra sejjisha,+
U fuq ix-xmajjar iżommha stabbilita fis-sod.+
3 Min jistaʼ jitlaʼ fuq il-muntanja taʼ Ġeħova?+
U min jistaʼ jitlaʼ fil-post qaddis tiegħu?+
4 Kulmin għandu idejh innoċenti u qalbu nadifa,+
Li ma qiesx lil Ruħi bla siwi,+
Lanqas ma ħalef bil-qerq.+
5 Hu se jieħu l-barka mingħand Ġeħova+
U s-sewwa mingħand Alla tas-salvazzjoni tiegħu.+
6 Din hi l-ġenerazzjoni taʼ dawk li qed ifittxuh,
Taʼ dawk li qed ifittxu lil wiċċek, O Alla taʼ Ġakobb.+ Sela.
7 “Għollu raskom, O bibien,+
U għolew ’il fuq, O daħliet minn żmien twil ilu,+
Sabiex is-Sultan glorjuż ikun jistaʼ jidħol!”+
8 “Mela min hu dan is-Sultan glorjuż?”+
“Ġeħova b’saħħtu u setgħan,+
Ġeħova setgħan fil-battalja.”+
9 “Għollu raskom, O bibien;+
Iva, għolluhom ’il fuq, O daħliet minn żmien twil ilu,
Sabiex is-Sultan glorjuż ikun jistaʼ jidħol!”+
10 “Mela min hu dan is-Sultan glorjuż?”
“Ġeħova taʼ l-armati—hu s-Sultan glorjuż.”+ Sela.