Ġob
3 Joqgħod hu jitolbok bil-ħrara,
Jew jgħidlek xi kliem ħelu?
4 Jagħmel patt miegħek,
Sabiex tieħdu bħala lsir għal żmien indefinit?
5 Tilgħab bih bħalma tilgħab b’għasfur,
Jew torbtu biex jilagħbu bih it-tfajliet tiegħek?
6 L-imseħbin fin-negozju jpartuh maʼ xi ħaġa oħra?
Jaqsmuh bejniethom in-negozjanti?
8 Midd idek fuqu.
Ftakar fit-taqbida. Terġax tagħmel dan.
9 Ara! Tiġi fix-xejn l-istennija taʼ dak li jkun.
Wieħed lanqas jilħaq jarah li ma jinstabatx.
12 Ma nibqax sieket dwar il-partijiet tiegħu
Jew dwar is-saħħa u l-forma sabiħa taʼ ġismu.
13 Min ineżżagħlu lbiesu?
Min jidħol fix-xedaq doppju tiegħu?
14 Min jiftaħ il-bibien taʼ ħalqu?
Snienu dawramejt huma tal-biżaʼ.
15 Ringieli taʼ qxur huma l-kburija tiegħu,
Magħluqin bħallikieku b’siġill marsus.
16 Waħda marbuta sew maʼ l-oħra,
U lanqas saħansitra l-arja ma tgħaddi minn bejniethom.
17 Kull waħda maʼ l-oħra mwaħħlin flimkien;
Imqabbdin maʼ xulxin u ma jistgħux jiġu mifrudin.
18 Mill-għatis tiegħu joħroġ id-dawl,
U għajnejh huma bħad-dija taż-żerniq.
19 Minn ħalqu joħorġu leħħiet taʼ beraq,
U joħroġ ukoll xrar tan-nar.
20 Minn imnifsejh joħroġ id-duħħan,
Bħal forn imqabbad bil-ħaxix.
21 Ruħu tqabbad il-faħam,
U saħansitra fjamma toħroġ minn ħalqu.
22 F’għonqu tinsab is-saħħa,
U quddiemu jaqbeż id-disprament.
23 Is-saffi taʼ laħmu mqabbdin flimkien;
Huma bħal xi ħaġa iebsa fuqu, ma jitħarrkux.
24 Qalbu iebsa daqs ġebla,
Iva, iebsa daqs ġebla taʼ taħt tal-mitħna.
30 Il-partijiet taʼ taħt tiegħu huma bħal biċċiet tal-fuħħar bil-ponta;
Jifrex bħallikieku għodda tad-dris+ fuq it-tajn.
31 Jġiegħel il-qiegħ jagħli bħalma tagħli borma;
Jagħmel il-baħar qisu borma li fiha jħalltu l-ingwent.
32 Warajh iħalli mogħdija tleqq;
L-ilmijiet fondi jkunu qishom xagħar griż.
33 Fuq it-trab m’hemmx bħalu,
Dak li hu magħmul biex ma jitwerwirx.
34 Kulma hu għoli jarah.
Hu sultan fuq il-bhejjem salvaġġi u maestużi kollha.”