Levitiku
5 “‘Issa jekk xi ħadd*+ jidneb għax ikun semaʼ lil min jisħet+ fil-pubbliku u hu jkun xhud jew ikun rah jew sar jaf bih, jekk ma jirrapportax+ dan, irid iwieġeb għall-iżball tiegħu.
2 “‘Jew meta xi ħadd imiss xi ħaġa mhix nadifa, sew il-ġisem mejjet taʼ bhima salvaġġa mhix nadifa, sew il-ġisem mejjet t’annimal domestiku mhux nadif, u sew il-ġisem mejjet taʼ ħliqa mhix nadifa minn dawk li jgħixu fi qtajjaʼ,+ għalkemm ma jkunx konxju taʼ dan,+ xorta waħda jkun mhux nadif* u jsir ħati.+ 3 Jew jekk imiss xi nuqqas taʼ ndafa taʼ xi bniedem,+ hu x’inhu n-nuqqas taʼ ndafa tiegħu li bih jistaʼ jsir mhux nadif, għalkemm ma jkunx konxju taʼ dan, x’ħin jinduna b’dan, hu jsir ħati.
4 “‘Jew jekk xi ħadd jaħlef u jasal biex jitkellem b’xofftejh bla ma jaħsibha+ biex jagħmel id-deni+ jew biex jagħmel il-ġid rigward kwalunkwe ħaġa, hi x’inhi, li l-bniedem jistaʼ jgħid bla ma jaħsibha f’ħalfa,+ għalkemm ma jkunx konxju taʼ dan, x’ħin jinduna b’dan, imbagħad hu jsir ħati taʼ waħda minn dawn l-affarijiet.
5 “‘U jrid iseħħ li jekk isir ħati taʼ xi waħda minn dawn l-affarijiet, irid jistqarr+ b’liema mod dineb. 6 U lil Ġeħova jrid iġiblu l-offerta għall-ħtija+ għad-dnub li jkun għamel, jiġifieri, mara mill-merħla, ħarufa jew gidja,+ bħala offerta għad-dnub; u l-qassis irid jagħmel tpattija għalih għal dnubu.+
7 “‘Iżda, jekk ma jkollux biex jagħti nagħġa,+ irid iġib bħala l-offerta għall-ħtija tiegħu għad-dnub li jkun għamel żewġ gamimiet+ jew żewġ bċieċen lil Ġeħova, wieħed għal offerta għad-dnub+ u wieħed għal offerta tal-ħruq. 8 U jrid iġibhom lill-qassis, li jippreżenta l-ewwel wieħed bħala offerta għad-dnub u b’difrejh jaqtagħlu+ rasu min-naħa taʼ quddiem t’għonqu, imma m’għandux jaqtagħha barra. 9 U jroxx ftit mid-demm taʼ l-offerta għad-dnub fuq il-ġenb taʼ l-artal, imma l-bqija tad-demm jiġi mċarċar f’riġlejn l-artal.+ Din hi offerta għad-dnub. 10 U l-ieħor joffrih bħala offerta tal-ħruq skond il-proċedura regulari;+ u l-qassis jagħmel tpattija+ għalih għad-dnub li jkun għamel, u b’hekk jinħafirlu.+
11 “‘Issa jekk ma jkollux biex jagħti+ żewġ gamimiet jew żewġ bċieċen, irid iġib bħala l-offerta tiegħu għad-dnub li jkun għamel wieħed minn għaxra t’efa+ dqiq fin bħala offerta għad-dnub. Ma jridx jagħmel żejt+ fuqha u ma jridx iqiegħed inċens abjad fuqha, għax din hi offerta għad-dnub.+ 12 U jġibha għand il-qassis, u l-qassis jaqbad ponn minnha bħala tfakkira+ tagħha u jaħraqha fuq l-artal, fuq l-offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-nar.+ Din hi offerta għad-dnub.+ 13 U l-qassis jagħmel tpattija+ għalih għad-dnub li jkun għamel, kwalunkwe wieħed minn dawn id-dnubiet, u b’hekk jinħafirlu; u ssir tal-qassis+ l-istess bħal offerta tal-qmuħ.’”
14 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 15 “Jekk xi ħadd ma jurix fedeltà billi fil-fatt jidneb bi żball kontra l-affarijiet imqaddsin taʼ Ġeħova,+ bħala l-offerta għall-ħtija+ tiegħu lil Ġeħova jrid iġiblu muntun bla difett mill-merħla, skond il-valur stmat fi xwiekel fidda,+ skond ix-xekel tal-post qaddis, bħala offerta għall-ħtija. 16 U jagħti kumpens għad-dnub li jkun għamel kontra l-post qaddis u jżid miegħu wieħed minn ħamsa+ taʼ kemm jiswa, u jagħtih lill-qassis, sabiex il-qassis jagħmel tpattija+ għalih bil-muntun taʼ l-offerta għall-ħtija, u b’hekk jinħafirlu.+
17 “U jekk xi ħadd jidneb għax jagħmel xi ħaġa minn dak kollu li Ġeħova jikkmanda li m’għandux isir, għalkemm ma kienx jaf,+ xorta waħda jsir ħati u jrid iwieġeb għall-iżball tiegħu.+ 18 U lill-qassis irid iġiblu muntun bla difett mill-merħla skond il-valur stmat, bħala offerta għall-ħtija;+ u l-qassis jagħmel tpattija+ għalih għall-iżball li jkun għamel mhux apposta, għalkemm hu nnifsu ma kienx jaf, u b’hekk jinħafirlu.+ 19 Din hi offerta għall-ħtija. Hu żgur li jsir ħati+ kontra Ġeħova.”