Levitiku
6 U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Jekk xi ħadd* jidneb billi ma jurix fedeltà lejn Ġeħova+ u jqarraq+ b’sieħbu dwar xi ħaġa merfugħa għandu jew xi flus fdati f’idejh+ jew serq jew inkella jimbrolja lil sieħbu,+ 3 jew isib xi ħaġa mitlufa+ u fil-fatt iqarraq dwarha u jaħlef b’mod falz+ dwar xi waħda mill-affarijiet kollha li hu jistaʼ jagħmel biex jidneb bihom; 4 irid iseħħ li jekk jidneb u jsir ħati,+ irid irodd il-ħaġa misruqa li jkun seraq jew il-ħaġa li ttieħdet bil-forza u li jkun ħadlu b’ingann jew il-ħaġa merfugħa għandu li ngħatatlu biex jerfagħhielu jew il-ħaġa mitlufa li jkun sab, 5 jew kwalunkwe ħaġa, hi x’inhi, li dwarha jaħlef b’mod falz, u jrid jagħti l-ammont sħiħ bħala kumpens+ għaliha, u jżid magħha wieħed minn ħamsa taʼ kemm tiswa. Jagħtiha lil sidha dakinhar li jinstab li għandu ħtija. 6 U bħala l-offerta għall-ħtija tiegħu, lil Ġeħova jġiblu muntun bla difett+ mill-merħla skond il-valur stmat, bħala offerta għall-ħtija,+ u jġibha għand il-qassis. 7 U l-qassis jagħmel tpattija+ għalih quddiem Ġeħova, u b’hekk tinħafirlu rigward xi waħda mill-affarijiet kollha li jistaʼ jagħmel u li minħabba fiha jinstab li għandu ħtija.”
8 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 9 “Ordna lil Aron u lil uliedu, u għidilhom, ‘Din hi l-liġi taʼ l-offerta tal-ħruq:+ L-offerta tal-ħruq tkun fuq il-fuklar taʼ fuq l-artal il-lejl kollu sa fil-għodu, u n-nar taʼ l-artal jitkebbes fih. 10 U l-qassis jilbes il-libsa uffiċjali taʼ l-għażel+ tiegħu, u jilbes il-qalziet taʼ taħt+ taʼ l-għażel fuq il-laħam. Imbagħad jieħu l-irmied bix-xaħam+ fuqu taʼ l-offerta tal-ħruq li tinħaraq regolarment bin-nar fuq l-artal, u jqiegħdu maġenb l-artal. 11 U jrid jinżaʼ ħwejġu+ u jilbes ħwejjeġ oħrajn, u jrid joħroġ l-irmied bix-xaħam fuqu lejn post nadif ’il barra mill-kamp.+ 12 U n-nar taʼ fuq l-artal jibqaʼ mqabbad fuqu. M’għandux jintefa. U l-qassis irid jaħraq il-ħatab+ fuqu għodwa wara għodwa u jqiegħed l-offerta tal-ħruq bl-ordni fuqu, u jaħraq fuqu l-bċejjeċ imxaħħmin tas-sagrifiċċji taʼ sħubija.+ 13 In-nar+ jinżamm jaqbad il-ħin kollu fuq l-artal. M’għandux jintefa.
14 “‘Issa din hi l-liġi taʼ l-offerta tal-qmuħ:+ Intom ulied Aron, ippreżentawha quddiem Ġeħova, quddiem l-artal. 15 U wieħed minnhom irid jieħu ponn bi ftit mid-dqiq fin taʼ l-offerta tal-qmuħ u ftit miż-żejt tagħha u l-inċens abjad kollu li qiegħed fuq l-offerta tal-qmuħ, u jaħarqu fuq l-artal bħala riħa pjaċevoli, bħala tfakkira+ tagħha lil Ġeħova. 16 U dak li jibqaʼ minnha jikluh Aron u wliedu.+ Jittiekel bħala ħobż bla ħmira+ f’post qaddis. Jikluh fil-bitħa tat-tinda tal-laqgħa. 17 M’għandux jinħema bil-ħmira.+ Tajtu bħala sehemhom mill-offerti tiegħi magħmulin bin-nar.+ Din hi xi ħaġa mill-iktar qaddisa,+ bħall-offerta għad-dnub u bħall-offerta għall-ħtija. 18 Kull raġel+ u tifel fost ulied Aron jikluh. Dan hu sehem għal żmien indefinit+ matul il-ġenerazzjonijiet tagħkom mill-offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-nar. Kulmin imisshom jitqaddes.’”
19 U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 20 “Din hi l-offerta+ t’Aron u taʼ wliedu li se jippreżentaw lil Ġeħova dakinhar li Aron jiġi midluk:+ il-wieħed minn għaxra t’efa+ dqiq fin bħala offerta tal-qmuħ+ il-ħin kollu, nofsha fil-għodu u nofsha fil-għaxija. 21 Din issir biż-żejt fuq pjanċa.+ Int iġġibha mħawda sew u tippreżenta l-affarijiet moħmijin taʼ l-offerta tal-qmuħ fi bċejjeċ bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova. 22 U jagħmilha l-qassis, il-wieħed midluk minfloku minn fost uliedu.+ Dan hu regolament għal żmien indefinit: Bħala offerta sħiħa+ tiġi maħruqa lil Ġeħova. 23 U kull offerta tal-qmuħ taʼ qassis+ għandha tkun offerta sħiħa. M’għandhiex tittiekel.”
24 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 25 “Kellem lil Aron u lil uliedu, u għidilhom, ‘Din hi l-liġi taʼ l-offerta għad-dnub:+ Fil-post+ fejn l-offerta tal-ħruq tinqatel regolarment għandha tinqatel l-offerta għad-dnub quddiem Ġeħova. Din hi xi ħaġa mill-iktar qaddisa.+ 26 Jikolha+ l-qassis li joffriha għad-dnub. F’post qaddis+ tittiekel, fil-bitħa+ tat-tinda tal-laqgħa.
27 “‘Kulma jmiss maʼ laħamha jitqaddes,+ u meta xi ħadd iċappas il-libsa bi ftit minn demmha,+ il-ħaġa li ċċappset bid-demm taħsilha f’post qaddis.+ 28 U r-reċipjent tal-fuħħar+ li titgħalla fih għandu jitkisser. Imma jekk titgħalla f’reċipjent tar-ram aħmar, dan għandu jingħorok u jitlaħlaħ bl-ilma.
29 “‘Jikolha+ kull raġel minn fost il-qassisin. Din hi xi ħaġa mill-iktar qaddisa.+ 30 Madankollu, ma trid tittiekel ebda offerta għad-dnub li ftit mid-demm+ tagħha jiddaħħal fit-tinda tal-laqgħa biex issir tpattija. Għandha tiġi maħruqa bin-nar.