Numri
5 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Ordna lil ulied Israel biex jibagħtu ’l barra mill-kamp lil kulmin ikun imġiddem+ u kulmin ikollu tisfija+ kontinwa u kulmin ma jkunx nadif għax ikun mess xi ruħ mejta.+ 3 Sew jekk ikun raġel u sew jekk tkun mara għandkom twarrbuhom. Għandkom twarrbuhom ’il barra mill-kamp,+ sabiex ma jniġġsux+ il-kampijiet taʼ dawk li qed ngħammar f’nofshom.”+ 4 U wlied Israel hekk għamlu, saħansitra warrbuhom ’il barra mill-kamp. Sewwasew bħalma Ġeħova kien qal lil Mosè, hekk għamlu wlied Israel.
5 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 6 “Għid lil ulied Israel, ‘Jekk xi ħadd, raġel jew mara, jagħmel wieħed mid-dnubiet kollha li jagħmlu l-bnedmin billi jwettaq att taʼ infedeltà kontra Ġeħova, din ir-ruħ issir ħatja.+ 7 U jrid jistqarr+ dnubu li jkun għamel u jrid jagħti lura l-ammont sħiħ bħala kumpens għall-ħtija tiegħu, u wkoll iżid miegħu wieħed minn kull ħamsa,+ u jrid jagħtih lil dak li hu jkun dineb kontrih. 8 Imma jekk dan taʼ l-aħħar ma jkollux min jiġi minnu mill-qrib li lilu jkun jistaʼ jingħata lura l-ammont tal-ħtija, l-ammont tal-ħtija għandu jingħata lura lil Ġeħova u jkun tal-qassis, minbarra l-muntun tat-tpattija li bih jagħmel tpattija għalih.+
9 “‘U kull kontribuzzjoni+ taʼ l-affarijiet imqaddsin+ kollha taʼ wlied Israel, li huma jippreżentaw lill-qassis, għandha ssir tiegħu.+ 10 U l-affarijiet imqaddsin li kull wieħed ikollu, dawn jibqgħu tiegħu. Kulma jagħti lill-qassis, dak isir tiegħu.’”
11 U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 12 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Jekk mart xi raġel tiżbalja billi twettaq att taʼ infedeltà kontrih,+ 13 u raġel ieħor jimtedd magħha u jkollu relazzjoni sesswali magħha,*+ u dan il-fatt ikun moħbi minn għajnejn żewġha+ u baqaʼ ma nkixifx, u hi, min-naħa tagħha, tkun tniġġset imma ma jkunx hemm xhud kontriha, u hi nfisha ma nqabditx; 14 u l-ispirtu taʼ l-għira+ daħal fih, u beda jissuspetta mill-fedeltà taʼ martu, u hi tkun tniġġset, jew l-ispirtu taʼ l-għira daħal fih, u beda jissuspetta mill-fedeltà taʼ martu, imma hi ma tkunx tniġġset; 15 imbagħad ir-raġel irid jieħu lil martu għand il-qassis+ u magħha jieħu wkoll l-offerta għaliha, wieħed minn għaxra t’efa dqiq tax-xgħir. Ma jridx isawwab żejt fuqha u lanqas iqiegħed inċens abjad+ fuqha, għaliex tkun offerta tal-qmuħ taʼ l-għira, offerta tal-qmuħ tat-tifkira biex tfakkar l-iżball.
16 “‘U l-qassis irid iressaq lilha u jqegħedha quddiem Ġeħova.+ 17 U l-qassis jieħu l-ilma qaddis f’reċipjent tal-fuħħar, u l-qassis jieħu ftit mit-trab li jkun hemm fl-art tat-tabernaklu, u jitfgħu fl-ilma. 18 U l-qassis iqiegħed lill-mara quddiem Ġeħova u jħoll ix-xagħar taʼ ras il-mara u fuq il-pali taʼ idejha jqegħdilha l-offerta tal-qmuħ tat-tifkira, jiġifieri, l-offerta tal-qmuħ taʼ l-għira,+ u l-qassis għandu jkollu f’idu l-ilma morr li jġib is-saħta.+
19 “‘U l-qassis iġegħelha taħlef, u jrid jgħid lill-mara: “Jekk ebda raġel ma mtedd miegħek u jekk waqt li kont taħt l-awtorità taʼ żewġek+ ma żbaljajtx u ma wettaqt ebda nuqqas taʼ ndafa, kun ħielsa mill-effett taʼ dan l-ilma morr li jġib is-saħta. 20 Imma int, jekk żbaljajt waqt li kont taħt l-awtorità taʼ żewġek+ u jekk tniġġist u xi raġel kellu relazzjoni sesswali miegħek,*+ minbarra żewġek,—” 21 Il-qassis issa jrid iġiegħel lill-mara taħlef b’ħalfa li tinvolvi s-saħta,+ u l-qassis irid jgħid lill-mara: “Jalla Ġeħova jqiegħdek bħala saħta u ħalfa f’nofs niesek billi Ġeħova jnixxiflek koxxtok,*+ u jneffaħlek żaqqek. 22 U dan l-ilma li jġib is-saħta jrid jidħol fi msarnek biex ineffaħlek żaqqek u jnixxiflek koxxtok.” Għal dan, il-mara tgħid: “Amen! Amen!”
23 “‘U l-qassis jikteb dawn is-saħtiet fil-ktieb+ u jħassarhom+ fl-ilma morr. 24 U jġiegħel lill-mara tixrob l-ilma morr li jġib is-saħta,+ u l-ilma li jġib is-saħta jrid jidħol fiha bħala xi ħaġa li ġġib l-imrar. 25 U l-qassis jieħu l-offerta tal-qmuħ+ taʼ l-għira minn id il-mara u jxejjer l-offerta tal-qmuħ ’l hemm u ’l hawn quddiem Ġeħova, u jiħodha ħdejn l-artal. 26 U l-qassis irid jaqbad ftit mill-offerta tal-qmuħ bħala tfakkira+ għaliha u jaħarqu* fuq l-artal, u mbagħad iġiegħel lill-mara tixrob l-ilma. 27 Meta jkun ġegħelha tixrob l-ilma, irid iseħħ ukoll li jekk hi tkun tniġġset billi wettqet att taʼ infedeltà lejn żewġha,+ l-ilma li jġib is-saħta jrid jidħol fiha bħala xi ħaġa li ġġib l-imrar, u żaqqha tintefaħ, u tinxfilha koxxitha u l-mara ssir saħta fost niesha.+ 28 Madankollu, jekk il-mara ma tkunx tniġġset imma tkun nadifa, tkun ħielsa minn dan il-kastig;+ u żewġha jrid joħroġha tqila.
29 “‘Din hi l-liġi dwar l-għira,+ meta mara tiżbalja+ waqt li tkun taħt l-awtorità taʼ żewġha,+ u titniġġes, 30 jew meta raġel jidħol fih l-ispirtu taʼ l-għira, u jissuspetta li martu wettqet xi att taʼ infedeltà; u hu jrid iqiegħed lil martu quddiem Ġeħova, u l-qassis jagħmlilha kulma titlob din il-liġi. 31 U r-raġel ma jkunx ħati taʼ l-iżball, imma din il-mara trid twieġeb għall-iżball tagħha.’”