1 Samwel
22 Għalhekk, David telaq minn hemmhekk+ u ħarab+ lejn l-għar+ t’Għadullam;+ u ħutu u d-dar kollha taʼ missieru semgħu b’dan u niżlu hemmhekk għandu. 2 U l-irġiel kollha li kellhom l-inkwiet,+ l-irġiel kollha li kellhom id-dejn,+ u l-irġiel kollha li ruħhom kienet mimlija mrar+ bdew jinġabru flimkien għandu,+ u hu sar kap fuqhom;+ u miegħu kien hemm madwar erbaʼ mitt raġel.
3 Iktar tard David telaq minn hemmhekk lejn Mispe f’Mowab u qal lis-sultan taʼ Mowab:+ “Jekk jogħġbok, ħa jgħammru magħkom missieri u ommi+ sakemm inkun naf x’se jagħmel Alla għalija.” 4 Għaldaqstant ħalliehom quddiem is-sultan taʼ Mowab, u baqgħu jgħammru miegħu l-jiem kollha li David kien f’post diffiċli biex jintlaħaq.*+
5 U Gad,+ il-profeta, qal lil David: “Tibqax tgħammar fil-post diffiċli biex jintlaħaq. Itlaq, u ejja int stess fl-art taʼ Ġuda.”+ Għalhekk, David telaq u mar fil-foresta taʼ Ħeret.
6 U Sawl semaʼ li nstab fejn kienu David u l-irġiel li kienu miegħu, waqt li Sawl kien bil-qiegħda f’Gibegħa taħt is-siġra tat-tamarisk+ fil-post fl-għoli, bil-lanza+ f’idu, u l-qaddejja kollha tiegħu kienu madwaru. 7 U Sawl qal lill-qaddejja tiegħu li kienu madwaru: “Isimgħuni, jekk jogħġobkom, Benjamini. Se jagħtikom bin Ġesse+ wkoll, ilkoll kemm intom, għelieqi u oqsma tad-dwieli?+ Se jaħtarkom, ilkoll kemm intom, kapijiet taʼ l-eluf+ u kapijiet tal-mijiet? 8 Għax intom ikkonfoffajtu, ilkoll kemm intom, kontrija; u m’hemm ħadd li jgħidli+ meta ibni stess jagħmel patt+ maʼ bin Ġesse, u m’hemm ħadd minnkom li jħoss għalija u jgħidli li ibni stess qajjem kontrija lill-qaddej tiegħi biex jonsobni bħalma qed jagħmel illum.”
9 Għal dan, Duweg,+ l-Edomi, billi kien fuq il-qaddejja taʼ Sawl, wieġeb u qal: “Rajt lil bin Ġesse sejjer Nob għand Aħimelek,+ bin Aħitub.+ 10 U dan staqsa+ lil Ġeħova għan-nom tiegħu; u tah xi provvisti,+ u tah ukoll is-sejf+ taʼ Gulija, il-Filisti.” 11 Minnufih is-sultan bagħat isejjaħ lil Aħimelek, bin Aħitub, il-qassis, u lid-dar kollha taʼ missieru, il-qassisin li kienu Nob.+ Għalhekk, ilkoll kemm huma ġew għand is-sultan.
12 Sawl issa qal: “Ismaʼ, jekk jogħġbok, bin Aħitub!” u dan wieġeb: “Hawn jien, sidi.” 13 U Sawl issokta jgħidlu: “Għala kkonfoffajtu kontrija,+ int u bin Ġesse, billi tajtu ħobż u sejf, u staqsejt lil Alla għan-nom tiegħu, biex iqum kontrija ħalli jonsobni bħalma qed jagħmel illum?”+ 14 U Aħimelek wieġeb lis-sultan u qallu: “U min fost il-qaddejja kollha tiegħek hu bħal David,+ leali,+ ħaten+ is-sultan, kap fuq il-gwardja persunali tiegħek, u onorat f’darek?+ 15 Jien illum bdejt nistaqsi+ lil Alla għan-nom tiegħu? Ma jgħaddilix minn moħħi li nikkonfoffa kontrik! Ħa ma jwaħħalx is-sultan fil-qaddej tiegħu u fid-dar kollha kemm hi taʼ missieri, għax f’dan kollu l-qaddej tiegħek ma kien jaf xejn, la ħaġa żgħira u lanqas kbira.”+
16 Imma s-sultan qallu: “Int żgur li tmut,+ Aħimelek, int u dar missierek kollha.”+ 17 Imbagħad is-sultan qal lill-ġerrejja+ li kienu madwaru: “Duru u oqtlu lill-qassisin taʼ Ġeħova, għaliex idhom ukoll hi maʼ David u għaliex kienu jafu li kien maħrub u ma qalulix b’dan!”+ U l-qaddejja tas-sultan ma ridux imiddu idhom biex iħebbu għall-qassisin taʼ Ġeħova.+ 18 Fl-aħħarnett, is-sultan qal lil Duweg:+ “Dur int u ħebb għall-qassisin!” Minnufih Duweg, l-Edomi,+ dar u hu stess ħebb għall-qassisin u qatel+ dakinhar ħamsa u tmenin raġel lebsin efod+ taʼ l-għażel. 19 Saħansitra lil Nob,+ il-belt tal-qassisin, darabha b’xifer is-sejf, sew raġel kif ukoll mara, sew tifel u tifla kif ukoll tarbija tal-ħalib u barri u ħmar u nagħġa, b’xifer is-sejf.
20 Madankollu, iben wieħed t’Aħimelek, bin Aħitub, li kien jismu Abjatar,+ ħarab u telaq jiġri biex isegwi lil David. 21 Imbagħad Abjatar qal lil David: “Sawl qatel il-qassisin taʼ Ġeħova.” 22 U David qal lil Abjatar: “Kont naf tajjeb dakinhar,+ għaliex Duweg, l-Edomi, kien hemmhekk, li hu żgur li kien se jgħidlu lil Sawl.+ Jien personalment naħti għal kull ruħ minn dar missierek. 23 Għammar miegħi. Tibżax, għax kulmin ifittex li jiħodli ħajti jfittex li jiħodlok ħajtek, għax int għandek bżonn il-protezzjoni miegħi.”+