Ġenesi
17 Meta Abram kellu disgħa u disgħin sena, Ġeħova deherlu u qallu:+ “Jien Alla li Jistaʼ Kollox.+ Imxi quddiemi u uri li int bla nuqqas.+ 2 U nagħmel il-patt tiegħi bejni u bejnek,+ biex inkattrek fuq li nkattrek.”+
3 X’ħin semaʼ dan, Abram inxteħet wiċċu fl-art,+ u Alla kompla jkellmu u jgħidlu: 4 “Ara! Il-patt tiegħi hu miegħek,+ u int żgur issir missier kotra taʼ ġnus.+ 5 U ismek mhux se jkun iktar Abram,* imma ismek irid isir Abraham,* għax se nagħmlek missier kotra taʼ ġnus. 6 U se nġiegħlek tnissel ħafna, u nġiegħlek issir ġnus, u slaten għad joħorġu minnek.+
7 “U nwettaq il-patt tiegħi bejni u bejnek+ u bejn nislek warajk skond il-ġenerazzjonijiet tagħhom, patt għal żmien indefinit,+ biex nuri lilek u lil nislek warajk li jien Alla.+ 8 U nagħti lilek u lil nislek warajk l-art fejn int qed tgħix bħala barrani,+ l-art kollha kemm hi taʼ Kangħan, biex tkun tagħkom għal żmien indefinit; u se nurihom li jien Alla.”+
9 U Alla kompla jgħid lil Abraham: “Inkwantu għalik, int trid tħares il-patt tiegħi, int u nislek warajk skond il-ġenerazzjonijiet tagħhom.+ 10 Dan hu l-patt tiegħi li se tħarsu intom, bejni u bejnkom, u nislek warajk:+ Kull raġel u tifel fostkom irid jiġi ċirkonċiż.+ 11 U tridu tiġu ċirkonċiżi, u dan għandu jservi bħala sinjal tal-patt bejni u bejnkom.+ 12 U kull tifel fostkom li jkollu tmint ijiem irid jiġi ċirkonċiż,+ skond il-ġenerazzjonijiet tagħkom, kulmin jitwieled fid-dar u kulmin jinxtara bil-flus mingħand xi barrani li ma jkunx minn nislek. 13 Qis li l-irġiel kollha li jitwieldu f’darek u l-irġiel kollha li jinxtraw bi flusek jiġu ċirkonċiżi;+ u l-patt tiegħi f’laħamkom irid iservi bħala patt għal żmien indefinit.+ 14 U kull raġel u tifel li ma jkunx ċirkonċiż u li ma ssirlux iċ-ċirkonċiżjoni fil-laħam tal-prepuzju tiegħu, dan il-wieħed* irid jiġi maqtugħ minn mal-poplu tiegħu,+ għax ikun kiser il-patt tiegħi.”
15 U Alla ssokta jgħid lil Abraham: “U lil martek Saraj m’għandekx issejħilha Saraj,* għaliex Sara* hu isimha.+ 16 U nberikha u wkoll nagħtik iben minnha;+ u nberikha u hi ssir ġnus;+ slaten taʼ popli joħorġu minnha.”+ 17 Imbagħad Abraham inxteħet wiċċu fl-art u beda jidħaq u jgħid f’qalbu:+ “Raġel taʼ mitt sena titwilidlu tarbija, u Sara, iva, mara taʼ disgħin sena se tiled?”+
18 Imbagħad Abraham qal lill-Alla l-veru: “Jalla jgħix Ismagħel quddiemek!”+ 19 U Alla qallu: “Martek Sara tabilħaqq li tilidlek iben, u għandek issemmih Iżakk.*+ U nistabbilixxi l-patt tiegħi miegħu bħala patt għal żmien indefinit għal nislu warajh.+ 20 Imma dwar Ismagħel smajtek. Ara! Inbierku u nġiegħlu jnissel u nkattru fuq li nkattru.+ Minnu se joħorġu tnax-il kap taʼ tribù, u se nġiegħlu jsir ġens kbir.+ 21 Madankollu, il-patt tiegħi se nistabbilih maʼ Iżakk,+ li se tilidlek Sara f’dan iż-żmien stabbilit is-sena d-dieħla.”+
22 U Alla temm jitkellem miegħu u telaʼ minn ħdejn Abraham.+ 23 Abraham imbagħad ħa lil ibnu Ismagħel u lill-irġiel kollha li twieldu f’daru u lil kulmin inxtara bi flusu, kull persuna tas-sess maskil fost l-irġiel tad-dar t’Abraham, u għamlilhom iċ-ċirkonċiżjoni dakinhar stess, bħalma kien qallu Alla.+ 24 U Abraham kellu disgħa u disgħin sena meta saritlu ċ-ċirkonċiżjoni.+ 25 U ibnu Ismagħel kellu tlettax-il sena meta saritlu ċ-ċirkonċiżjoni.+ 26 F’dan il-jum stess ġie ċirkonċiż Abraham, u wkoll ibnu Ismagħel.+ 27 U ġew ċirkonċiżi miegħu l-irġiel kollha taʼ daru, kulmin twieled fid-dar u kulmin inxtara bil-flus mingħand xi barrani.+