Ġob
33 “Issa, madankollu, O Ġob, jekk jogħġbok, ismaʼ kliemi,
U agħti widen għal kulma ngħidlek.
5 Jekk għandek il-ħila, wiġibni,
Agħżel x’se tgħid quddiemi; ħu l-waqfa tiegħek.
8 Biss int għedt u wasal f’widnejja,
U l-ħoss taʼ kliemek għadni nisimgħu,
9 ‘Jien safi mingħajr nuqqas;+
Nadif jien, u m’għamilt ebda żball.+
14 Għax Alla jitkellem darba,
U darbtejn+—għalkemm ħadd ma jqisu dan—
15 F’ħolma,+ f’viżjoni+ bil-lejl,
Meta l-bnedmin jorqdu fil-fond,
Waqt li jkunu reqdin fuq is-sodda.+
16 Dak il-ħin jiftħilhom widnejhom il-bnedmin,+
U jqiegħed is-siġill tiegħu fuq it-twiddiba li jagħtihom,
17 Biex ibiegħed lill-bniedem minn għemilu,+
U biex jeħles lir-raġel b’saħħtu mill-kburija.+
19 Hu jkun imwiddeb bl-uġigħ fuq soddtu,
U l-uġigħ f’għadmu hu kontinwu.
21 Laħmu jispiċċa u ma jibqax jidher,
U għadmu li ma kienx jidher jinkixef.
23 Jekk jeżisti messaġġier* għalih,
Kelliemi, wieħed minn elf,
Biex jgħid lill-bniedem kemm hu rett,
24 Imbagħad jurih ħniena u jgħid,
‘Eħilsu biex ma jinżilx fil-ħofra!+
Jien sibt fidwa!+
25 Ħa jsir laħmu iktar frisk milli fiż-żgħożija;+
Ħa jmur lura lejn il-jiem mimlijin enerġija taż-żgħożija.’+
26 Hu jitlob bil-ħrara lil Alla biex jieħu gost bih,+
U jara lil wiċċu b’għajat ferrieħi,
U Hu jrodd is-sewwa Tiegħu lill-bniedem mortali.
27 Dan jgħanni lill-bnedmin u jgħid,
‘Jien dnibt;+ u dak li hu dritt għawwiġtu,
U dan żgur li ma kienx xieraq għalija.
29 Ara! Alla dan kollu jwettaq,
Darbtejn, tliet darbiet, fil-każ taʼ raġel b’saħħtu,
30 Biex ireġġagħlu ruħu lura mill-ħofra,+
Sabiex ikun imdawwal bid-dawl tal-ħajjin.+
31 Oqgħod attent, O Ġob! Agħtini widen!
Ibqaʼ sieket, u jien inkompli nitkellem.
32 Jekk għandek xi kliem x’tgħid, wiġibni;
Tkellem, għax nitgħaxxaq bis-sewwa tiegħek.