Salmi
Għanja taʼ niket li David kanta lil Ġeħova minħabba kliem Kus il-Benjamini.
7 O Ġeħova Alla tiegħi,+ jien fik stkennejt.+
Salvani minn dawk kollha li jippersegwitawni u eħlisni,+
2 Sabiex ħadd ma jqattagħli ruħi biċċiet bħalma jagħmel iljun,+
Jaħtafni meta ma jkun hemm ħadd biex jeħlisni.+
3 O Ġeħova Alla tiegħi, jekk għamilt xi ħaġa ħażina,+
Jekk hemm xi inġustizzja f’idejja,+
4 Jekk raddejt il-ħażin lil min ippremjani,+
Jew jekk irrovinajt lil xi ħadd li ħadha kontrija imma ma rnexxiex,+
U ħa jaqbadni u jgħaffiġni* maʼ l-art
U jitfaʼ l-glorja tiegħi fit-trab. Sela.
6 Qum, O Ġeħova, fir-rabja tiegħek;+
Qum kontra l-għedewwa tiegħi li jisfogaw il-korla tagħhom kontrija,+
U ieqaf għalija,+ ladarba int ordnajt li ssir il-ġustizzja.+
7 Ħa ddur madwarek il-ġemgħa tal-ġnus,
U int erġaʼ lura fl-għoli u ħudha kontriha.
8 Ġeħova se jaqtaʼ s-sentenza fuq il-popli.+
Iġġudikani, O Ġeħova, skond is-sewwa tiegħi+
U skond l-integrità+ li għandi fija.
10 It-tarka tiegħi qiegħda f’idejn Alla,+ Salvatur taʼ dawk li huma retti f’qalbhom.+
12 Jekk bniedem ma jdurx lura mill-ħażen tiegħu,+ Hu jsinn sejfu,+
Jilwi l-qaws tiegħu, u jħejjih biex jispara.+