Lid-direttur. Għanja, melodija.
66 Għajtu lil Alla bil-ferħ għajat taʼ rebħa, intom in-nies kollha taʼ l-art.+
2 Għannu għall-glorja taʼ ismu.+
Faħħruh u gglorifikawh.+
3 Għidu lil Alla: “Kemm iqanqlu biżaʼ l-għemejjel tiegħek!+
Minħabba l-kobor taʼ saħħtek l-għedewwa tiegħek se jiġu jitkaxkru quddiemek.+
4 In-nies kollha taʼ l-art se jmilu quddiemek,+
U jgħannulek, jgħannu lil ismek.”+ Sela.
5 Ejjew u araw l-attivitajiet t’Alla.+
Il-mod kif jaġixxi maʼ wlied il-bnedmin iqanqal il-biżaʼ.+
6 Bidel il-baħar f’art niexfa;+
Bil-mixi qasmu minn ġox-xmara.+
Hemm bdejna nifirħu bih.+
7 Hu jaħkem bis-setgħa tiegħu għal dejjem.+
Għajnejh jibqgħu għassa tal-ġnus.+
Ħa ma jitgħollewx dawk taʼ rashom iebsa.+ Sela.
8 Bierku lil Alla tagħna, O popli,+
U semmgħu leħinkom b’tifħir għalih.+
9 Hu jżommilna ruħna ħajja,+
U ma jħallix saqajna jogħtru.+
10 Għax int eżaminajtna, O Alla;+
Irfinajtna qisek qed tirfina l-fidda.+
11 Daħħaltna f’xibka tal-kaċċa;+
Qegħedtilna tagħbija fuq ġenbejna.
12 Lill-bniedem mortali ħallejtu jirkeb fuq rasna;+
Għaddejna min-nar u mill-ilma,+
U mbagħad ġibtilna serħan.+
13 Jien dieħel f’darek b’offerti sħaħ tal-ħruq;+
Se rroddlok il-wegħdi li għamiltlek+
14 Li ħarġu minn xofftejja+
U li għedt b’fommi meta kont f’sitwazzjoni mwiegħra.+
15 Se noffrilek offerti sħaħ tal-ħruq t’annimali msemmnin,+
Mad-duħħan tas-sagrifiċċji taʼ l-imtaten.
Se noffri barri flimkien maʼ bdabad.+ Sela.
16 Ejjew, isimgħu, intom ilkoll li tibżgħu minn Alla, u nirrakkontalkom+
X’għamel għalija.+
17 Lilu sejjaħt b’fommi,+
U t-tifħir għalih kien fuq ilsieni.+
18 Kieku f’qalbi kkunsidrajt xi ħaġa taʼ ħsara,
Ġeħova ma jismagħnix.+
19 Fil-fatt Alla semagħni;+
Ta kas leħni meta tlabtu.+
20 Ikun imbierek Alla, li ma warrabx it-talba tiegħi,
Lanqas il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu minn fuqi.+