Salmi
4 Jibqgħu jpaċpċu, jibqgħu jitkellmu bla rażan;+
Dawk kollha li jipprattikaw il-ħsara joqogħdu jiftaħru bihom infushom.+
10 Jaqaw Dak li qed jikkoreġi lill-ġnus, ma jistax iwiddeb,+
Iva, Dak li qed jgħallem l-għarfien lill-bnedmin?+
11 Ġeħova jaf il-ħsibijiet tal-bnedmin, li huma bħal nifs.+
12 Hieni r-raġel b’saħħtu li int tikkoreġih,+ O Jah,
U li tgħallmu mil-liġi tiegħek stess,+
13 Biex tagħtih il-kwiet saħansitra f’jiem taʼ gwaj,+
Sakemm titħaffer ħofra għall-ħażin.+
15 Għax id-deċiżjonijiet ġudizzjarji se jerġgħu lura għas-sewwa,+
U dawk kollha retti f’qalbhom jimxu magħhom.
16 Min se jqum għalija kontra dawk li jagħmlu l-ħażen?+
Min se jieqaf għalija kontra dawk li jipprattikaw il-ħsara?+
18 Meta jien għedt: “Sieqi żgur mhix se timxi fis-sod,”+
Il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek, O Ġeħova, baqgħet twiżinni.+
20 Jistaʼ t-tron li jġib l-għawġ ikun imsieħeb miegħek+
Waqt li jippjana l-inkwiet permezz taʼ digriet?+
21 Huma jattakkaw b’mod aħrax lil ruħ il-ġust+
U lill-innoċenti+ jiddikjarawh bħala wieħed mill-agħar biex ikunu jistgħu jxerrdulu demmu.