Għanja tat-Tlajjaʼ. Taʼ David.
124 “Kieku Ġeħova ma kienx favur tagħna,”+
Ħa jgħid issa Israel,+
2 “Kieku Ġeħova ma kienx favur tagħna+
Meta xi nies qamu kontrina,+
3 Dawn kienu jibilgħuna ħajjin,+
Meta r-rabja tagħhom kienet taħraq kontrina.+
4 Kieku l-ilmijiet kienu jġorruna magħhom,+
Il-wied kien jgħaddi minn fuqna.+
5 Imbagħad kienu jgħaddu minn fuqna
L-ilmijiet tal-prużunzjoni.+
6 Ikun imbierek Ġeħova, li ma taniex+
Bħala priża għal snienhom.+
7 Aħna qisna għasfur li ħarab+
Min-nasba taʼ dawk li għamlulna lixka.+
In-nasba nkisret,+
U aħna ħrabna.+
8 L-għajnuna tagħna hi fl-isem taʼ Ġeħova,+
Dak li għamel is-sema u l-art.”+