7 “Mhux xogħol obbligatorju+ hemm fuq l-art għall-bniedem mortali,
U m’humiex jiemu bħall-jiem taʼ ħaddiem mikri?+
2 Bħal ilsir hu jilheġ għad-dell,+
U bħal ħaddiem mikri jistenna ħlasu.+
3 B’hekk xhur qamrin bla siwi kelli,+
U ljieli taʼ inkwiet+ kienu magħdudin lili.
4 Meta mteddejt għedt, ‘Meta se nqum?’+
U meta l-lejl jgħaddi nkun xbajt nitqalleb ’l hemm u ’l hawn sat-tbexbix taʼ fil-għodu.
5 Laħmi sar miksi bid-dud+ u b’għoqod tat-trab;+
Il-ġilda tiegħi rabbiet il-qxur u qed tnixxi.+
6 Jiemi saru eħfef+ minn mekkuk taʼ nissieġ,
U jintemmu mingħajr ebda tama.+
7 Ftakar li ħajti buffura riħ;+
Li għajnejja ma jerġgħux igawdu affarijiet tajbin.
8 Għajn dak li jarani ma tilmaħnix;
Għajnejk ikunu fuqi, imma jien ma nkunx iżjed.+
9 Is-sħaba tintemm u titlaq ’l hemm;
Hekk min jinżel fil-Qabar, ma jitlax.+
10 Ma jerġax lura iktar lejn daru,
U lilu postu ma jirrikonoxxihx iktar.+
11 Jien, iva, jien, ma nżommx fommi sieket.
Nitkellem fin-niket taʼ l-ispirtu tiegħi;
Nitkellem dwar it-tħassib tiegħi bl-imrar taʼ ruħi!+
12 Jaqaw jien xi baħar jew xi mostru tal-baħar,
Biex tqiegħed għassa+ fuqi?
13 Meta għedt, ‘Taħt il-friex insib il-faraġ,
Is-sodda tiegħi ttaffili t-tħassib tiegħi,’
14 Int werwirtni bil-ħolm,
U bil-viżjonijiet iġġegħelni ninħasad bil-biżaʼ,
15 Għalhekk, jien nippreferi mmut fgat,
Nippreferi nara l-mewt+ iktar milli nara għadmi.
16 Lil ħajti jien ċħadtha;+ ma rridx ngħix għal żmien indefinit.
Ħallini waħdi, għax jiemi huma biss nifs.+
17 X’inhu l-bniedem mortali+ biex int trabbih,
U biex tixħet qalbek fuqu,
18 U biex titfaʼ l-attenzjoni tiegħek fuqu kull fil-għodu,
Biex kull mument tgħaddih minn prova?+
19 Għala ma tridx twarrab ħarstek minni,+
Lanqas tħallini waħdi sakemm niblaʼ l-bżieq tiegħi?
20 Jekk jien dnibt, x’nistaʼ nwettaq kontrik, Int li tosserva l-umanità?+
Għala għamiltni l-mira tiegħek, u b’hekk jien sirt taʼ piż għalik?
21 U għala ma taħfirx in-nuqqas tiegħi+
U tagħlaq għajnejk għall-iżball tiegħi?
Għax issa fit-trab+ se nimtedd;
U int tfittixni, u jien ma nkunx iżjed.”