17 “L-ispirtu tiegħi mifni,+ jiemi ntfew;
Post tad-dfin hemm jistennieni.+
2 Żgur li hemm min jiddieħaq bija,+
U għajnejja jibqgħu fuq l-imġiba ribelluża tagħhom.
3 Jekk jogħġbok, aġixxi b’mod li jiggarantixxi l-ġid tiegħi.+
Min hemm iktar li jiħodli b’idejja+ b’garanzija?
4 Għax int għalaqtilhom qalbhom għall-għaqal.+
Huwa għalhekk li ma teżaltahomx.
5 Xi ħadd jgħid lil sħabu biex jieħdu sehemhom,
Imma għajnejn uliedu jiddgħajfu.+
6 Hu għamilni bħala qawl+ tal-popli,
U b’hekk sirt xi ħadd li jobżqulu f’wiċċu.+
7 Bid-dwejjaq għajnejja ċċajpruli+
U l-membri taʼ ġismi kollha saru qishom dell.
8 Ir-retti jistagħġbu u jiċċassaw b’dan,
U saħansitra l-innoċenti jħossu mbaqbaq minħabba l-bniedem apostata.
9 Il-ġust jibqaʼ jżomm sod maʼ triqtu,+
U dak li għandu idejh nodfa+ jibqaʼ jiżdied fis-saħħa.+
10 Madankollu, erġgħu ibdew ilkoll kemm intom. Għalhekk, ejjew, jekk jogħġobkom,
Għax lil ħadd ma nsib għaref fostkom.+
11 Jiemi għaddew,+ sfaw fix-xejn il-pjanijiet tiegħi,+
Ix-xewqat taʼ qalbi.
12 In-nhar jagħmluh lejl:+
‘Qrib hu d-dawl li jkeċċi d-dlam.’
13 Jekk nibqaʼ nistenna, il-Qabar ikun dari;+
Fid-dlam+ ikolli nifrex is-sodda tiegħi.
14 Lill-ħofra+ jkolli ngħidilha, ‘Int missieri!’
Lid-dud,+ ‘Int ommi u oħti!’
15 Għalhekk, fejn hi, mela, it-tama tiegħi?+
U t-tama tiegħi—min jaraha?
16 Lejn bwieb il-Qabar jinżlu huma,
Meta aħna, ilkoll flimkien, ikollna ninżlu fit-trab.”+