26 U Ġob wieġeb u qal:
2 “O x’għajnuna kont int għal min m’għandux qawwa!
O kif salvajt driegħ li m’għandux saħħa!+
3 Kemm tajt pariri int lil min m’għandux għerf,+
U kemm għarraftu l-għaqal lill-kotra!
4 Lil min għedtu l-kliem,
U n-nifs taʼ min ħareġ minnek?
5 Dawk bla qawwa fil-mewt jibqgħu jitriegħdu
Taħt l-ilmijiet u min jgħammar fihom.+
6 Il-Qabar hu għeri quddiemu,+
U l-post tal-qerda m’għandu ebda għata.
7 Hu qed jifrex it-tramuntana fuq il-vojt,+
Idendel l-art fuq ix-xejn;
8 Igeżwer l-ilmijiet fis-sħab tiegħu,+
U b’hekk is-sħab oħxon ma jinfaqax bihom;
9 Jiksi wiċċ it-tron,
Jifrex fuqu s-sħaba tiegħu.+
10 Hu ħażżeż ċirku fuq wiċċ l-ilmijiet,+
Safejn id-dawl jispiċċa fi dlam.
11 Il-kolonni tas-sema jitheżżu,
U jibqgħu mgħaġġbin minħabba ċ-ċanfira tiegħu.
12 Bil-qawwa tiegħu jqanqal il-baħar,+
U bl-abbiltà tiegħu li jifhem ifarrak+ lil bniedem vjolenti.+
13 Bir-riħ tiegħu jnaddaf is-sema,+
Idu tinfed is-serp li jitkaxkar ħelu ħelu.+
14 Ara! Dawn m’humiex ħlief it-trufijiet taʼ triqatu,+
U kemm hu ftit dak li nisimgħu dwaru!
Imma r-ragħad setgħan tiegħu min jistaʼ jifhmu?”+