Lid-direttur. Għall-istrumenti tal-korda, fuq l-ottava taʼ taħt.+ Melodija taʼ David.
6 O Ġeħova, twiddibnix fir-rabja tiegħek,+
U tikkoreġinix fil-korla tiegħek.+
2 Ħenn għalija, O Ġeħova, għax jien ma niflaħx iktar.+
Fejjaqni,+ O Ġeħova, għax għadmi mriegħed.
3 Iva, jien inħossni mħawwad ħafna;+
U int, O Ġeħova—kemm se ddum?+
4 Ejja lura,+ O Ġeħova, u eħlisni;+
Salvani minħabba l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek.+
5 Għax fil-mewt ħadd ma jistaʼ jsemmik;+
Fil-Qabar min jistaʼ jfaħħrek?+
6 Għejejt nitniehed;+
Friexi mxarrab għasra l-lejl kollu;+
Soddti tegħreq fid-dmugħ.+
7 Bid-dwejjaq għajnejja ddgħajfu,+
Marru lura minħabba l-għedewwa kollha tiegħi.+
8 Itilqu minn quddiemi, intom ilkoll li tipprattikaw il-ħsara,+
Għax Ġeħova se jismaʼ l-biki tiegħi.+
9 Ġeħova se jismaʼ s-supplika tiegħi għall-ħniena;+
Ġeħova se jaċċetta t-talba tiegħi.+
10 L-għedewwa kollha tiegħi se jistħu+ u jitħawdu għall-aħħar;
Minnufih iduru lura bil-mistħija.+