Salmi
Lid-direttur. Tal-qaddej taʼ Ġeħova, taʼ David, li qal lil Ġeħova l-kliem taʼ din l-għanja dakinhar li Ġeħova ħelsu minn id l-għedewwa kollha tiegħu u minn id Sawl.+ U qal:
18 Se nurik l-affezzjoni tiegħi, O Ġeħova s-saħħa tiegħi.+
2 Ġeħova hu l-blat għoli u l-fortizza tiegħi u Dak li jħarrabni.+
Alla tiegħi hu l-blata tiegħi. Fih se nistkenn,+
It-tarka tiegħi u l-qarn* tiegħi taʼ salvazzjoni, il-post fl-għoli tiegħi taʼ sigurtà.+
6 Fin-niket tiegħi bqajt insejjaħ lil Ġeħova,
U lil Alla tiegħi bqajt ngħajjat għall-għajnuna.+
Minn ġot-tempju tiegħu hu semaʼ leħni,+
U l-għajta għall-għajnuna li għajjatt quddiemu issa waslet f’widnejh.+
7 U l-art bdiet titħarrek u titriegħed,+
U s-sisien tal-muntanji theżżu,+
U tħarrku ’l quddiem u lura għax kien irrabjat.+
11 Imbagħad għamel id-dlam il-moħba tiegħu;+
Imdawwar bihom bħal għarix kien hemm
Ilmijiet mudlama, sħab oħxon.+
13 U fis-smewwiet Ġeħova beda jriegħed,+
L-Iktar Għoli beda jsemmaʼ leħnu,+
U niżlu silġ u ġamar tan-nar.
14 U baqaʼ jitfgħalhom il-vleġeġ tiegħu, biex ixerridhom;+
U spara s-sajjetti, biex jitfagħhom f’konfużjoni.+
15 U qiegħ l-ilmijiet beda jidher,+
U s-sisien taʼ l-art produttiva nkixfu+
Biċ-ċanfira tiegħek, O Ġeħova, bin-nefħa tan-nifs minn imnifsejk.+
17 Ħelisni mill-għadu b’saħħtu tiegħi,+
U minn dawk li jobogħduni; għax kienu iktar b’saħħithom minni.+
21 Għax jien żammejt it-triqat taʼ Ġeħova,+
U ma tlaqtx lil Alla tiegħi, li hi azzjoni mill-agħar.+
22 Għax id-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha tiegħu qegħdin quddiemi,+
U l-istatuti tiegħu ma nitlaqhomx.+
25 Maʼ xi ħadd leali int se taġixxi b’lealtà;+
Mar-raġel b’saħħtu u bla nuqqas se timxi bla nuqqas;+
26 Maʼ dak li qed iżomm nadif int se tkun nadif;+
U mal-qarrieq se tkun makakk;+
27 Għax lill-magħkusin se ssalvahom;+
Imma lill-għajnejn suppervi se tbaxxihom.+
29 Għax permezz tiegħek nistaʼ niħodha kontra qatgħa ħallelin;+
U permezz t’Alla tiegħi nistaʼ nixxabbat maʼ sur.+
30 L-Alla l-veru, triqtu perfetta;+
Dak li jgħid Ġeħova hu rfinut.+
Tarka hu għal dawk kollha li jistkennu fih.+
32 Hu l-Alla l-veru li jħażżimni sew b’enerġija kbira,+
U jagħmilli triqti perfetta.+
33 Jagħmilli saqajja bħal taċ-ċriev,+
U jżommni wieqaf fuq postijiet li huma għoljin għalija.+
35 Int se tagħtini t-tarka tiegħek taʼ salvazzjoni,+
U idek il-leminija se twiżinni,+
U l-umiltà tiegħek se tagħmilni kbir.+
40 U se ġġiegħel lill-għedewwa tiegħi jagħtuni daharhom u jaħarbu;*+
U lil dawk mimlijin mibegħda għalija, jien se nsikkithom.+
41 Huma jgħajtu għall-għajnuna, imma m’għandhomx salvatur,+
Isejħu lil Ġeħova, imma hu ma jwiġibhomx.+
43 Int se teħlisni min-nies li moħħhom biex isibu xi ħtija fija.+
Se taħtarni l-kap tal-ġnus.+
Poplu li ma kontx naf, issa se jaqdini.+
46 Ġeħova hu ħaj,+ u ħa jkun imbierek il-Blata tiegħi.+
Ħa jkun eżaltat l-Alla tas-salvazzjoni tiegħi.+