Salmi
Lid-direttur. Melodija taʼ David.
6 Jien nobgħodhom lil dawk li jagħtu kas l-idoli fiergħa u bla siwi;+
Imma ngħid għalija, jien nafda f’Ġeħova.+
7 Se nifraħ u nithenna bil-qalb tajba bl-imħabba tiegħek,+
Għax int rajt is-sofferenza tiegħi;+
Kont taf bin-niket taʼ ruħi,+
8 U ma rħejtnix f’idejn l-għadu.+
Int qegħedtli saqajja f’post spazjuż.+
9 Ħenn għalija, O Ġeħova, għax ninsab f’sitwazzjoni mwiegħra.+
Bid-dwejjaq għajnejja ddgħajfu,+ ruħi u l-ġewwieni tiegħi wkoll.+
10 Għax bis-swied taʼ qalb ħajti ntemmet,+
U s-snin tiegħi bit-tnehid.+
Minħabba l-iżball tiegħi l-qawwa tiegħi qed tbatti,+
U għadmi ddgħajjef.+
11 Mill-ħarsa taʼ l-għedewwa+ kollha tiegħi sirt xi ħaġa taʼ tmaqdir,+
L-iktar għall-ġirien tiegħi.+
Dawk li jafuni jibżgħu minni.+
Meta rawni barra ħarbu minni.+
12 Jien intesejt, bħal xi ħadd mejjet li m’għadux f’qalb l-oħrajn;+
Sirt bħal reċipjent maqsum;+
13 Għax jien smajt it-tpaċpiċ taʼ ħsara mingħand ħafna,+
U hemm twerwir fuq kull naħa.+
Meta jinġemgħu flimkien ħaġa waħda kontrija,+
Ifasslu kif se jiħduli ħajti.+
17 O Ġeħova, jalla ma jkollix għalxiex nistħi, għax jien lilek sejjaħt.+
Jalla jistħu dawk mill-agħar;+
18 Jalla jitbikkmu x-xofftejn foloz,+
Li qed jitkellmu bla rażan, b’suppervja, u b’disprezz kontra l-ġust.+
19 Kemm hi abbundanti tjubitek,+ li int erfajt għal dawk li jibżgħu minnek!+
Li tajt lil dawk li jistkennu fik,
Quddiem ulied il-bnedmin.+
20 Int se tostorhom fil-post sigriet tal-preżenza tiegħek+
Minn dawk li jinġabru flimkien.+
Se taħbihom fl-għarix tiegħek mit-tilwim taʼ l-ilsna.+
22 Min-naħa tiegħi, meta ħakimni l-paniku għedt:+
“Se ngħib minn quddiem għajnejk.”+
Żgur li smajt leħni meta b’talb bil-ħrara għajjattlek għall-għajnuna.+