Proverbji
7 Ibni, ħares kliemi,+ u jalla taħżen ġo fik bħal teżor il-kmandamenti tiegħi.+ 2 Ħares il-kmandamenti tiegħi u tibqaʼ tgħix,+ u ħares il-liġi tiegħi daqs il-mimmi+ t’għajnejk. 3 Orbothom maʼ subgħajk,+ u onqoxhom fuq it-tavla taʼ qalbek.+ 4 Għid lill-għerf:+ “Int oħti”; u jalla ssejjaħ lill-abbiltà li tifhem “Qariba,” 5 biex iħarsuk mill-mara stranġiera,+ mill-barranija li tmelles bi kliemha.+ 6 Għax mit-tieqa taʼ dari, mit-tieqa bil-grada*+ ħarist ’l isfel, 7 sabiex inkun nistaʼ nittawwal lejn dawk bla esperjenza.+ Ridt nosserva fost l-ulied żagħżugħ b’qalb belha,*+ 8 għaddej fit-triq minn ħdejn il-kantuniera tagħha, u sejjer dritt lejn darha,+ 9 fl-għabex, fil-għaxija,+ hekk kif kienu resqin il-lejl u d-dlam. 10 U, ara! Kien hemm mara tistenna biex tiltaqaʼ miegħu, liebsa taʼ prostituta,+ u qalbha mimlija makakkerija. 11 Hi storbjuża u rasha iebsa.+ Saqajha m’għandhomx sabar id-dar.+ 12 Daqqa tkun barra, daqqa fil-pjazez,+ u toqgħod tistenna ħdejn kull kantuniera.+ 13 U qabditu u tatu bewsa.+ B’wiċċ tost tibda tgħidlu:
14 “Kelli l-obbligu li noffri sagrifiċċji taʼ sħubija.*+ Illum raddejt il-wegħdi tiegħi.+ 15 Għalhekk ħriġt niltaqaʼ miegħek, biex infittex wiċċek, sabiex insibek. 16 Żejjint soddti b’għata sabiħ, b’affarijiet taʼ ħafna lwien, għażel taʼ l-Eġittu.+ 17 Fuq il-friex raxxaxt il-mirra, is-sabbara u l-kannella.+ 18 Ejja, ħa niskru bl-imħabba sa fil-għodu; ejja nieħdu gost b’xulxin b’espressjonijiet taʼ mħabba.+ 19 Għax ir-raġel m’huwiex id-dar; mar fuq vjaġġ ’il bogħod.+ 20 Ħa f’idu borża flus, u ġej lura d-dar meta l-qamar ikun kwinta.”
21 Bil-persważjoni kbira li użat ġegħlitu jitqarraq.+ Bit-tmellis taʼ xofftejha twaqqgħu.+ 22 F’daqqa waħda jmur warajha,+ bħal barri li sejjer għall-qatla, u bħal iblah marbut biex jiġi dixxiplinat, 23 sakemm vleġġa tiftaħlu fwiedu,+ bħal għasfur li jgħaġġel għal ġol-mansab,+ u ma kienx jaf li hemm ħajtu* involuta.+
24 U issa, O wliedi, isimgħu minni u agħtu widen għal kliem fommi.+ 25 Jalla qalbek ma ddurx lejn triqatha. Tiżvijax għal ġo mogħdijietha.+ 26 Għax ħafna huma li waqgħu mejtin minħabba fiha,+ u dawk kollha li jinqatlu minnha huma bosta.+ 27 Triqat għall-Qabar* hi darha;+ neżlin lejn il-kmamar mudlama tal-mewt.+