Proverbji
30 Il-kliem t’Agur bin Ġaki, messaġġ qawwi.+ Il-kelma tar-raġel b’saħħtu lil Itijel, lil Itijel u Ukal.
2 Għax jien bla raġuni iktar minn kulħadd,+ u m’għandix l-abbiltà li nifhem bħall-bnedmin l-oħrajn;+ 3 u l-għerf ma tgħallimtux;+ u m’għandix l-għarfien taʼ l-Iktar Wieħed Qaddis.+
4 Min telaʼ s-sema biex ikun jistaʼ jinżel?+ Min ġabar ir-riħ+ fil-pali taʼ idejh? Min geżwer l-ilmijiet f’mantell?+ Min tellaʼ t-truf kollha taʼ l-art?+ X’jismu,+ u x’jismu ibnu, jekk taf?+
5 Kull ħaġa li jgħid Alla hi pura.+ Hu tarka għal dawk li jistkennu fih.+ 6 Iżżid xejn maʼ kliemu,+ li ma jmurx iwiddbek, u li ma toħroġx taʼ giddieb.+
7 Żewġ affarijiet tlabtek.+ Iċċaħħadnix minnhom qabel immut.+ 8 Biegħed minni l-qerq u l-gideb.+ Tagħtinix faqar u lanqas rikkezzi.+ Ħallini niekol l-ikel li neħtieġ,+ 9 sabiex ma nixbax u nispiċċa niċħdek+ u ngħid: “Min hu Ġeħova?”+ u sabiex ma niftaqarx u nispiċċa nisraq u nżeblaħ isem Alla tiegħi.+
10 Timmalafamax qaddej maʼ sidu,+ li ma jmurx jisħtek, u li ma jkollokx tinstab ħati.+
11 Hemm ġenerazzjoni li tisħet lil missierha, u lil ommha ma tberikhiex.+
12 Hemm ġenerazzjoni li f’għajnejha hi pura+ imma minn ħmieġha stess ma nħaslitx.+
13 Hemm ġenerazzjoni li għajnejha tgħidx kemm tkabbru, u l-għajnejn ileqqu tagħha ntrefgħu.+
14 Hemm ġenerazzjoni li snienha huma sjuf u l-għadam tax-xedaq tagħha skieken tal-biċċiera,+ biex tiblaʼ mill-art lil dawk li qed isofru u lill-foqra minn fost il-bnedmin.+
15 Is-sangisugi għandhom żewġt ibniet li jgħajtu: “Agħtini! Agħtini!” Hemm tliet affarijiet li ma jixbgħu qatt, erbgħa li ma qalux: “Biżżejjed!” 16 Il-Qabar,*+ ġuf li ma jistax ikollu tfal,+ art li m’hijiex imxebbgħa bl-ilma,+ u nar+ li ma qalx: “Biżżejjed!”+
17 L-għajn li tiddieħaq bil-missier u tistmerr l-ubbidjenza lejn l-omm+ se titnaqqar miċ-ċawluni tal-wied u se tittiekel mill-frieħ taʼ l-ajkla.
18 Hemm tliet affarijiet li jgħaġġbuni wisq, u erbgħa li ma nifhimhomx: 19 triq l-ajkla fis-smewwiet, triq is-serp fuq blata, triq il-ġifen f’nofs taʼ baħar,+ u triq ir-raġel b’saħħtu maʼ xebba.+
20 Din hi triq il-mara adultera: kielet, mesħet ħalqha, u qalet: “M’għamilt xejn ħażin.”+
21 L-art titriegħed taħt tliet affarijiet, u taħt erbgħa ma tkunx tistaʼ tiflaħ: 22 taħt ilsir meta jsaltan,+ u xi ħadd stupidu meta jkun xebgħan mill-ikel;+ 23 taħt mara mibgħuda meta xi ħadd jiħodha b’martu,+ u qaddejja li tieħu post sidtha.+
24 Erbgħa huma l-iżgħar affarijiet fuq l-art, imma li huma għorrief bl-istint:+ 25 in-nemel m’huwiex poplu b’saħħtu,+ iżda fis-sajf iħejji l-ikel tiegħu;+ 26 il-fniek tax-xagħri+ m’humiex poplu setgħan, iżda jagħmlu darhom fl-irdumijiet;+ 27 il-ġurati+ m’għandhomx sultan, iżda joħorġu lkoll imqassmin fi gruppi;+ 28 il-wiżgħa+ tqabbad idejha u tidħol fil-palazz grandjuż taʼ sultan.
29 Hemm tlieta li għandhom mixja sabiħa, u erbgħa li jimxu b’mod maestuż: 30 l-iljun, l-iktar setgħan fost il-bhejjem u li ma jerġaʼ lura minn quddiem ħadd;+ 31 il-kelb tal-fenek, il-bodbod, u s-sultan miexi quddiem l-armata tiegħu.+
32 Jekk aġixxejt bla sens billi ntrefajt,+ u jekk waħħalt f’rasek li tagħmel hekk, agħmel idek fuq ħalqek.+ 33 Għax meta tħabbat il-ħalib joħroġ il-butir, meta tagħsar imnieħrek joħroġ id-demm, u meta tagħsar ir-rabja joħroġ it-tilwim.+