Ħosea
13 “Meta Efrajm kien jitkellem, kien ikun hemm it-tregħid; kien influwenti f’Israel.+ Imma hu sar ħati minħabba Bagħal+ u miet.+ 2 U issa jerġgħu jidinbu u jagħmlu għalihom statwa mill-fidda mdewba tagħhom,+ idoli skond kif jifhmu huma,+ kollha xogħol in-nies tas-sengħa.+ Dwar l-idoli qed jgħidu, ‘Ħalli dawk il-bnedmin li jagħmlu s-sagrifiċċji jbusu l-għoġiela.’+ 3 Għalhekk, se jsiru bħas-sħab taʼ fil-għodu+ u bħan-nida li tgħib kmieni; bħall-karfa li tittajjar mill-qiegħa tad-dris+ u bħad-duħħan mill-fetħa tas-saqaf.
4 “Imma jien Ġeħova Alla tiegħek minn żmien l-art taʼ l-Eġittu,+ u ma kont taf b’ebda Alla ieħor ħliefi; u ma kien hemm ebda salvatur ħliefi.+ 5 Jien ħadt ħsiebek fix-xagħri,+ fl-art fejn in-nies jitlgħalhom id-deni.+ 6 Meta kielu mill-mergħa tagħhom xebgħu.+ Xebgħu u qalbhom tkabbret.+ Għalhekk insewni.+ 7 U jien se nsir għalihom bħal iljun b’saħħtu.+ Bħal leopard ħdejn it-triq se nibqaʼ nħares.+ 8 Se nħebb għalihom bħal orsa li tilfet il-frieħ tagħha,+ u se niftħilhom il-qafas taʼ sidirhom. Niblagħhom hemmhekk bħal iljun;+ bhima salvaġġa tar-rabaʼ se tqattagħhom biċċiet.+ 9 Se ssir ħerba,+ O Israel, għax dak li għamilt kien kontrija, kontra l-għajnuna tiegħek.+
10 “Fejn, allura, hu s-sultan tiegħek, biex isalvak fil-bliet kollha tiegħek,+ u l-imħallfin tiegħek, li dwarhom int għedt, ‘Agħtini sultan u prinċpijiet’?+ 11 Jien tajtek sultan fir-rabja tiegħi,+ u fil-qilla tiegħi se nneħħih.+
12 “L-iżball t’Efrajm huwa merfugħ f’sorra, dnubu ġie maħżun.+ 13 Fuqu se jiġi l-uġigħ tal-ħlas taʼ mara tiled.+ M’huwiex iben għaqli,+ għax meta jasallu żmienu ma jiħux il-pożizzjoni fil-post minfejn l-ulied joħorġu mill-ġuf.+
14 “Minn taħt idejn il-Qabar* se nifdihom;+ mill-mewt se nġibhom lura.+ Fejn hu t-tingiż tiegħek, O Mewt?+ Fejn hi s-setgħa qerrieda tiegħek, O Qabar?+ Il-mogħdrija se tkun moħbija minn għajnejja.+
15 “Imqar jekk joktor bħall-qasab,+ jiġi riħ mil-lvant, ir-riħ taʼ Ġeħova.+ Mix-xagħri ġej, u se jnixxef il-bir tiegħu u jixxotta n-nixxiegħa tiegħu.+ Dan se jħarbat it-teżor li fih kull oġġett mixtieq.+
16 “Is-Samarija se tinstab ħatja,+ għax hi qed tirribella kontra Alla tagħha.+ Bis-sejf se jaqgħu.+ Uliedhom se jitfarrku+ u n-nisa tqal tagħhom se jiġu mċarrtin.”+