1 Slaten
2 U lil David beda joqroblu jum mewtu;+ u lil ibnu Salamun tah dan il-kmand: 2 “Jien sejjer fit-triq li jgħaddu minnha n-nies kollha taʼ l-art,+ u int agħmel il-ħila+ u kun raġel.+ 3 U żomm l-obbligu lejn Ġeħova Alla tiegħek billi timxi fi triqatu,+ billi tħares l-istatuti, il-kmandamenti, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ u t-testimonjanzi* tiegħu, skond dak li hu miktub fil-liġi taʼ Mosè,+ sabiex taġixxi bil-prudenza f’kulma tagħmel u kulfejn iddur; 4 u b’hekk Ġeħova jwettaq il-kelma tiegħu li qal dwari,+ ‘Jekk uliedek+ joqogħdu attenti għal triqithom billi jimxu+ quddiemi bil-verità+ b’qalbhom kollha+ u b’ruħhom kollha, ma jonqosx li jkun hemm raġel minn nislek li joqgħod fuq it-tron taʼ Israel.’+
5 “U int stess taf x’għamilli Ġowab bin Seruja+ b’dak li għamel lil żewġ kapijiet taʼ l-armati taʼ Israel, lil Abner+ bin Ner u lil Għamasa+ bin Ġeter,+ meta qatilhom u ġab id-demm+ tal-gwerra fi żmien il-paċi u ċappas bid-demm tal-gwerra ċ-ċinturin li kien madwar ġenbejh u s-sandli li kien f’saqajh. 6 Aġixxi skond l-għerf li għandek,+ u tħallix xjuħitu tinżel bis-sliem+ fil-Qabar.*+
7 “U għandek turi qalb tajba bl-imħabba maʼ wlied Barżillaj+ il-Gilegħadi, u huma jkunu fost dawk li jieklu mal-mejda tiegħek;+ għax b’dan il-mod resqu+ lejja meta ħrabt minn quddiem ħuk Absalom.+
8 “U miegħek hemm Simgħi+ bin Gera l-Benjamini minn Baħurim,+ u kien hu li seħitni b’saħta li tweġġaʼ+ dakinhar li kont sejjer Maħanajm;+ u kien hu li niżel jiltaqaʼ miegħi ħdejn il-Ġordan,+ u b’hekk jien ħliftlu b’Ġeħova, u għedtlu, ‘Ma nagħtikx il-mewt bis-sejf.’+ 9 U issa tħallihx bla kastig,+ għax int raġel għaref+ u taf tajjeb x’għandek tagħmillu, u trid tniżżillu xjuħitu+ fil-Qabar bid-demm.”+
10 Imbagħad David imtedd maʼ missirijietu+ u ndifen fil-Belt taʼ David.+ 11 U ż-żmien li David dam isaltan fuq Israel kien erbgħin sena.+ F’Ħebron+ saltan sebaʼ snin,+ u f’Ġerusalemm saltan tlieta u tletin sena.+
12 U Salamun qagħad fuq it-tron taʼ David missieru;+ u saltnatu ssaħħet ħafna.+
13 Maż-żmien, Adonija bin Ħaggit ġie għand Bat-seba,+ omm Salamun, u hi qaltlu: “Bil-paċi ġejt?”+ u qalilha: “Bil-paċi.” 14 U kompla jgħid: “Għandi xi ħaġa x’ngħidlek.” Għalhekk, qaltlu: “Tkellem.”+ 15 U hu kompla: “Int taf tajjeb li s-saltna suppost saret tiegħi, u li Israel kollu kien qed jistenna li* jien insir sultan;+ imma s-saltna daret u saret taʼ ħija, għax kien minn Ġeħova li saret tiegħu.+ 16 U issa ħaġa waħda nitlob mingħandek. Iċċaħħadnix minnha.”+ Għaldaqstant qaltlu: “Tkellem.” 17 U qalilha: “Jekk jogħġbok, għid lil Salamun, is-sultan, (għax hu ma jċaħħdekx minnha) biex jagħtini lil Abisag+ is-Sunamija+ bħala marti.” 18 Għal dan, Bat-seba qalet: “Tajjeb! Jien stess inkellimlek lis-sultan.”
19 Għalhekk, Bat-seba daħlet għand is-Sultan Salamun biex tkellmu għal Adonija.+ Is-sultan qam mill-ewwel+ biex jiltaqaʼ magħha u miel quddiemha.+ Imbagħad qagħad fuq it-tron tiegħu u ġab tron għal omm is-sultan, sabiex toqgħod bil-qiegħda fuq lemintu.+ 20 U hi qaltlu: “Hemm ħaġa żgħira li nixtieq mingħandek. Iċċaħħadnix minnha.” Għalhekk, is-sultan qalilha: “Għidli, ommi; mhux se nċaħħdek minnha.” 21 U hi kompliet: “Ħa tingħata Abisag is-Sunamija lil ħuk Adonija bħala martu.” 22 U s-Sultan Salamun wieġeb lil ommu: “U għala qed titlobni lil Abisag is-Sunamija għal Adonija? Itlobni wkoll is-saltna għalih+ (għax hu ħija akbar minni),+ iva, għalih u għal Abjatar+ il-qassis u għal Ġowab+ bin Seruja.”+
23 Għalhekk, is-Sultan Salamun ħalef b’Ġeħova, u qal: “Jalla jagħmilli hekk Alla, u iktar minn hekk,+ jekk ma kienx kontra ruħu stess li Adonija qal din il-ħaġa.+ 24 U issa, daqskemm hu ħaj Ġeħova+ li waqqafni fis-sod+ u qed iżommni fuq it-tron taʼ David missieri+ u li għamilli dar+ bħalma qal,+ illum Adonija jingħata l-mewt.”+ 25 Immedjatament, is-Sultan Salamun bagħat l-ordni permezz taʼ Benaja+ bin Ġeħojada; u dan ħabat għalih u hu miet.+
26 U s-sultan qal lil Abjatar+ il-qassis: “Mur Għanatot+ lejn l-għelieqi tiegħek! Għax int jistħoqqlok il-mewt;+ imma llum ma nagħtikx il-mewt, għax ġarrejt l-arka tal-Mulej Sovran Ġeħova+ quddiem David missieri,+ u għax sofrejt tul iż-żmien kollu li sofra missieri.”+ 27 Għalhekk, Salamun keċċa lil Abjatar milli jaqdi bħala qassis taʼ Ġeħova, biex iwettaq il-kelma li Ġeħova kien tkellem kontra dar Għeli+ f’Silo.+
28 U r-rapport wasal għand Ġowab+—għax Ġowab kien lest li jsegwi lil Adonija,+ għalkemm ma kienx lest li jsegwi lil Absalom+—u Ġowab ħarab lejn it-tinda+ taʼ Ġeħova u beda jżomm sod mal-qrun taʼ l-artal.+ 29 Imbagħad lis-Sultan Salamun qalulu: “Ġowab ħarab lejn it-tinda taʼ Ġeħova, u qiegħed hemmhekk ħdejn l-artal.” Għalhekk, Salamun bagħat lil Benaja bin Ġeħojada u qal: “Mur, aħbat għalih!”+ 30 U Benaja wasal sat-tinda taʼ Ġeħova u qallu: “Hekk qal is-sultan, ‘Oħroġ minn hemm!’” Imma hu qal: “Le! Għax hawn+ immut.” Għalhekk, Benaja wassal ir-risposta lis-sultan, u qallu: “Hekk qal Ġowab, u hekk wiġibni.” 31 Imbagħad is-sultan qallu: “Agħmel kif qal u aħbat għalih; u idfnu u neħħi minn fuqi u minn fuq dar missieri d-demm+ li xerred Ġowab bla ma kien mistħoqq.+ 32 U Ġeħova jġib lura demmu fuq rasu,+ għax hu ħabat għal żewġt irġiel li kienu aħjar u iktar ġusti minnu,+ u qatilhom bis-sejf, meta missieri David ma kien jaf b’xejn,+ jiġifieri, lil Abner+ bin Ner il-kap taʼ l-armata taʼ Israel+ u lil Għamasa+ bin Ġeter il-kap taʼ l-armata taʼ Ġuda.+ 33 U demmhom jiġi lura fuq ras Ġowab u fuq ras nislu u jibqaʼ għal żmien indefinit;*+ imma għal David+ u għal nislu u għal daru u għat-tron tiegħu jkun hemm il-paċi għal żmien indefinit minn Ġeħova.”+ 34 U Benaja bin Ġeħojada telaʼ+ u ħabat għalih u qatlu;+ u difnu f’daru stess fix-xagħri. 35 Wara dan, is-sultan qiegħed lil Benaja+ bin Ġeħojada minfloku fuq l-armata;+ u lil Sadok il-qassis, is-sultan qiegħdu minflok Abjatar.+
36 Fl-aħħar, is-sultan bagħat għal Simgħi+ u qallu: “Ibni dar f’Ġerusalemm, u għix hemmhekk u toħroġx minn hemm biex tmur ’l hemm u ’l hawn. 37 U kun af bla dubju li dakinhar li toħroġ u taqsam il-wied* taʼ Kidron+ int tmut żgur.+ Il-ħtija taʼ demmek tkun fuq rasek stess.”+ 38 Għal dan, Simgħi qal lis-sultan: “Il-kelma hi tajba. Bħalma qal sidi s-sultan hekk jagħmel il-qaddej tiegħek.” U Simgħi baqaʼ jgħix f’Ġerusalemm għal ħafna jiem.
39 U ġara wara tliet snin li tnejn mill-ilsiera+ taʼ Simgħi ħarbu għal għand Akis+ bin Magħka s-sultan taʼ Gat;+ u n-nies ġew jgħidu lil Simgħi, u qalulu: “Ara! L-ilsiera tiegħek qegħdin Gat.” 40 Minnufih, Simgħi qam, xedd sarġ lill-ħmar tiegħu, u mar Gat għand Akis ifittex lill-ilsiera tiegħu; b’hekk Simgħi mar u ġab lill-ilsiera tiegħu minn Gat. 41 Imbagħad lil Salamun qalulu: “Simgħi ħareġ minn Ġerusalemm lejn Gat u issa ġie lura.” 42 Għal dan, is-sultan bagħat isejjaħ+ lil Simgħi u qallu: “Ma ġegħeltekx jien taħlef b’Ġeħova sabiex inwissik,+ billi għedtlek, ‘Kun af bla dubju li dakinhar li toħroġ u tmur ’l hemm u ’l hawn int tmut żgur,’ u m’għedtlix int, ‘Tajba l-kelma li smajt’?+ 43 Allura, għala ma żammejtx il-ħalfa li għamilt quddiem Ġeħova+ u l-kmand li tajtek bl-akbar serjetà?”+ 44 U s-sultan kompla jgħid lil Simgħi: “Int taf bil-ħsara kollha li għamilt lil David missieri,+ u f’qalbek dan tafu tajjeb; u Ġeħova se jġib lura fuq rasek stess il-ħsara li għamilt.+ 45 Imma s-Sultan Salamun ikun imbierek,+ u t-tron taʼ David ikun stabbilit fis-sod quddiem Ġeħova għal dejjem.”*+ 46 Għalhekk, is-sultan ta l-kmand lil Benaja bin Ġeħojada, li mbagħad ħareġ u ħabat għalih u qatlu.+
U s-saltna ssaħħet f’idejn Salamun.+