Rivelazzjoni
6 U rajt meta l-Ħaruf+ fetaħ wieħed mis-sebaʼ siġilli,+ u smajt lil wieħed mill-erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ jgħid b’leħen qisu ragħad: “Ejja!”+ 2 U rajt, u, ara, żiemel abjad;+ u dak li kien riekeb+ fuqu kellu qaws;+ u ngħatatlu kuruna,+ u ħareġ jirbaħ+ u jtemm ir-rebħa tiegħu.+
3 U meta fetaħ it-tieni siġill, smajt lit-tieni ħliqa ħajja+ tgħid: “Ejja!” 4 U ħareġ żiemel ieħor, lewn in-nar; u lil dak li kien riekeb fuqu ngħatalu li jneħħi l-paċi minn fuq l-art sabiex joqtlu lil xulxin; u ngħatatlu xabla kbira.+
5 U meta fetaħ+ it-tielet siġill, smajt lit-tielet ħliqa ħajja+ tgħid: “Ejja!” U rajt, u, ara, żiemel iswed; u dak li kien riekeb fuqu kellu miżien+ f’idu. 6 U smajt leħen qisu f’nofs+ l-erbaʼ ħlejjaq ħajjin+ jgħid: “Kilo qamħ jiswa dinar,*+ u tliet kilojiet xgħir jiswew dinar; u ibżaʼ għaż-żejt taż-żebbuġa u għall-inbid.”+
7 U meta fetaħ ir-rabaʼ siġill, smajt leħen ir-rabaʼ ħliqa ħajja+ jgħid: “Ejja!” 8 U rajt, u, ara, żiemel aħdar safrani; u dak li kien riekeb fuqu kien jismu Mewt. U l-Qabar*+ kien ġej eżatt warajh. U ngħatatilhom l-awtorità fuq ir-rabaʼ parti taʼ l-art, biex joqtlu b’sejf twil+ u b’nuqqas taʼ ikel+ u b’mard li jġib il-mewt u bil-bhejjem salvaġġi+ taʼ l-art.
9 U meta fetaħ il-ħames siġill, taħt l-artal+ rajt l-erwieħ+ taʼ dawk li nqatlu+ minħabba l-kelma t’Alla u minħabba x-xogħol taʼ xiehda+ li kellhom. 10 U għajtu b’leħen għoli u qalu: “Mulej Sovran+ qaddis u veru,+ kemm se ddum ma tiġġudika+ lil dawk li jgħammru fuq l-art u titħallas taʼ demmna?”+ 11 U ngħatat libsa bajda+ lil kull wieħed minnhom; u ntqalilhom biex jistrieħu għal ftit ieħor, sakemm ikun imtela wkoll l-għadd taʼ l-ilsiera sħabhom u ħuthom li kienu se jinqatlu+ dalwaqt bħalma kienu nqatlu huma wkoll.
12 U rajt meta fetaħ is-sitt siġill, u seħħ terremot kbir; u x-xemx swiedet bħad-drapp taʼ l-ixkejjer+ mix-xagħar tal-mogħoż, u l-qamar kollu sar bħad-demm,+ 13 u l-kwiekeb tas-sema waqgħu fuq l-art bħalma siġra tat-tin twaqqaʼ t-tin mhux misjur tagħha meta tixxejjer minn riħ qawwi. 14 U s-sema telaq bħal romblu li qed jiġi mgerbeb,+ u kull muntanja u kull gżira tneħħew minn posthom.+ 15 U s-slaten taʼ l-art u l-kbarat u l-kmandanti militari u s-sinjuri u n-nies b’saħħithom u kull ilsir u kull ħieles inħbew fl-għerien u fil-blat+ tal-muntanji. 16 U bdew jgħidu lill-muntanji u lill-blat: “Aqgħu fuqna+ u aħbuna minn wiċċ Dak li qiegħed bil-qiegħda fuq it-tron+ u mill-korla tal-Ħaruf,+ 17 għax wasal il-jum il-kbir+ tal-korla tagħhom,+ u min jistaʼ jibqaʼ wieqaf?”+