Mattew
4 Imbagħad Ġesù ttieħed mill-ispirtu fix-xagħri+ biex jiġi ttantat+ mix-Xitan. 2 Wara li kien sam erbgħin jum u erbgħin lejl,+ qabdu l-ġuħ. 3 U ġie t-Tentatur+ u qallu: “Jekk int bin Alla,+ għid lil dan il-ġebel isir ħobż.” 4 Imma hu wieġeb u qallu: “Hu miktub, ‘Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix, imma wkoll b’kull kelma li toħroġ minn fomm Ġeħova.’”+
5 Imbagħad ix-Xitan ħadu miegħu ġewwa l-belt qaddisa,+ u tellgħu fuq l-ogħla ħajt tat-tempju 6 u qallu: “Jekk int bin Alla, inxteħet għal isfel;+ għax hu miktub, ‘Hu jagħti kmand dwarek lill-anġli tiegħu, u huma jġorruk fuq idejhom, biex ma taħbatx sieqek maʼ xi ġebla.’”+ 7 Ġesù qallu: “Jerġaʼ hu miktub, ‘Tgħaddix lil Ġeħova Alla tiegħek minn prova.’”+
8 Mill-ġdid ix-Xitan ħadu miegħu fuq muntanja għolja ħafna, u wrieh is-saltniet kollha tad-dinja+ u l-glorja tagħhom, 9 u qallu: “Dawn l-affarijiet kollha nagħtihomlok+ jekk int tinxteħet fl-art u tagħmilli att taʼ qima.”+ 10 Imbagħad Ġesù qallu: “Mur ’l hemm, Satana! Għax hu miktub, ‘Qim+ lil Ġeħova Alla tiegħek, u lilu biss+ agħti servizz sagru.’”+ 11 Imbagħad ix-Xitan ħallieh,+ u, ara, ġew l-anġli u bdew jaqduh.+
12 Issa, meta semaʼ li Ġwanni kien ġie arrestat,+ irritorna lejn il-Galilija.+ 13 U wara li telaq minn Nazaret, mar joqgħod Kafarnahum+ ħdejn il-baħar fid-distretti taʼ Żebulun u Naftali,+ 14 biex ikun jistaʼ jitwettaq dak li ntqal permezz tal-profeta Isaija: 15 “O art taʼ Żebulun u art taʼ Naftali, fit-triq taʼ mal-baħar, fuq in-naħa l-oħra tal-Ġordan, il-Galilija+ tal-ġnus! 16 In-nies li qegħdin fid-dlam+ raw dawl kbir,+ u dawk li qegħdin fl-art taʼ dell il-mewt, idda+ dawl+ fuqhom.” 17 Minn dak iż-żmien ’il quddiem Ġesù beda jippriedka u jgħid: “Indmu,+ għax qorbot is-saltna+ tas-smewwiet.”
18 Waqt li kien miexi maʼ xatt il-baħar* tal-Galilija ra żewġ aħwa, Xmun+ li jgħidulu Pietru+ u ħuh Indrì, iniżżlu xibka tas-sajd fil-baħar, għax kienu sajjieda. 19 U qalilhom: “Ejjew warajja, u jien nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin.”+ 20 Mill-ewwel abbandunaw ix-xbieki,+ u marru warajh. 21 Wara li telaq minn hemmhekk ra tnejn oħra+ li kienu aħwa, Ġakbu bin Żebedew+ u ħuh Ġwanni, fid-dgħajsa maʼ missierhom Żebedew, isewwu x-xbieki tagħhom, u sejħilhom. 22 Minnufih telqu d-dgħajsa u lil missierhom, u marru warajh.
23 Imbagħad mar idur+ il-Galilija+ kollha, jgħallem fis-sinagogi tagħhom+ u jippriedka l-aħbar tajba tas-saltna u jfejjaq kull xorta taʼ mard+ u kull xorta taʼ nuqqas taʼ saħħa fost in-nies. 24 U l-aħbar dwaru xterdet mas-Sirja+ kollha; u ġabulu lil dawk kollha li kienu magħdurin,+ imnikktin b’mard u wġigħ differenti, maħkumin mid-demonji, epilettiċi,+ u paralitiċi, u hu fejjaqhom. 25 Għaldaqstant marru warajh folol kbar mill-Galilija+ u mid-Dekapoli* u minn Ġerusalemm+ u mil-Lhudija u min-naħa l-oħra tal-Ġordan.