Salmi Melodija t’Asaf. 82 Alla qagħad fil-ġemgħa+ tad-Divin;+F’nofs l-allat hu jiġġudika:+ 2 “Kemm se ddumu tiġġudikaw b’inġustizzja+U turu parzjalità maʼ dawk mill-agħar?+ Sela. 3 Kunu mħallfin għall-batut u għat-tifel bla missier.+Agħmlu ġustizzja mal-magħkus u dak taʼ ftit mezzi.+ 4 Eħilsu lill-batut u lill-fqir;+Eħilsuhom minn id in-nies mill-agħar.”+ 5 Huma ma jafu xejn, u ma jifhmux;+Jibqgħu mexjin ’l hemm u ’l hawn fid-dlam;+Is-sisien kollha taʼ l-art qed jitħarrku.+ 6 “Jien stess għedt, ‘Intom allat,+U lkoll kemm intom ulied l-Iktar Għoli.+ 7 Żgur se tmutu bħalma jmutu l-bnedmin;+U bħal kwalunkwe prinċep taqgħu!’”+ 8 Qum, O Alla, iġġudika l-art;+Għax tiegħek huma l-ġnus kollha.+