Lhud
7 Għax dan Melkisedek, sultan taʼ Salem, qassis taʼ l-Alla l-Iktar Għoli,+ li ltaqaʼ m’Abraham meta dan kien ġej lura wara li qatel is-slaten u bierku+ 2 u li lilu Abraham tah wieħed minn kull għaxra minn kollox,+ l-ewwelnett hu “Sultan tal-Ġustizzja” (skond it-traduzzjoni taʼ ismu), u mbagħad hu wkoll sultan taʼ Salem,+ jiġifieri, “Sultan tas-Sliem.” 3 Peress li hu bla missier, bla omm, mingħajr ġenealoġija, u la għandu bidu tal-jiem+ u lanqas tmiem tal-ħajja, imma ntgħamel bħall-Iben t’Alla,+ hu jibqaʼ qassis għal dejjem.+
4 Għalhekk, araw kemm kien kbir dan ir-raġel li lilu Abraham, il-kap tal-familja, tah wieħed minn kull għaxra mill-aqwa tal-priża.+ 5 Veru, l-irġiel minn ulied Levi+ li jirċievu l-kariga tagħhom taʼ qassisin għandhom kmandament biex, skond il-Liġi, jiġbru l-għexur+ mingħand il-poplu,+ jiġifieri, mingħand ħuthom, anki jekk dawn ukoll kienu mnisslin minn Abraham;+ 6 imma r-raġel li ma kienx fil-ġenealoġija tagħhom+ ħa l-għexur mingħand Abraham+ u bierek lil dak li kellu l-wegħdi.+ 7 Issa ħadd ma jistaʼ jiċħad li ż-żgħir jitbierek mill-kbir.+ 8 F’każ minnhom huma bnedmin li jmutu li jirċievu l-għexur,+ imma fil-każ l-ieħor hu xi ħadd li dwaru tingħata xiehda li hu ħaj.+ 9 U, jekk nistaʼ nuża l-espressjoni, permezz t’Abraham anki Levi li jirċievi l-għexur ħallas l-għexur, 10 għax kien għadu ma tnissilx+ minn missieru meta Melkisedek iltaqaʼ miegħu.+
11 Allura, jekk il-perfezzjoni+ tassew kienet tiġi permezz tas-saċerdozju Levitiku,+ (għax dan kien parti prominenti mil-Liġi li ngħatat lill-poplu,)+ għala kien hemm bżonn+ li jqum qassis ieħor bl-istess mod taʼ Melkisedek+ u ma ntqalx li hu bl-istess mod t’Aron? 12 Għax ladarba qed jitbiddel is-saċerdozju,+ għandha titbiddel ukoll il-liġi.+ 13 Għax il-bniedem li dwaru jintqal dan kien membru taʼ tribù ieħor,+ li minnu ħadd ma qeda uffiċjalment fuq l-artal.+ 14 Għax jidher ċar li l-Mulej tagħna ħareġ minn Ġuda,+ tribù li fuqu Mosè ma qal xejn dwar qassisin.
15 U jerġaʼ jidher ferm iktar ċar li bħal Melkisedek+ kellu jqum qassis ieħor,+ 16 li ma sarx qassis skond il-liġi taʼ kmandament li jiddependi mil-laħam,+ imma skond il-qawwa taʼ ħajja li ma tinqeridx,+ 17 għax bħala xiehda jingħad: “Int qassis għal dejjem bl-istess mod taʼ Melkisedek.”+
18 Għalhekk, ċertament, qed jitwarrab il-kmandament taʼ qabel għax kien dgħajjef+ u bla effett.+ 19 Għax il-Liġi m’għamlet xejn perfett,+ imma l-introduzzjoni taʼ tama aħjar+ għamlet, u permezz taʼ din it-tama qed nersqu qrib lejn Alla.+ 20 Ukoll, bħalma dan ma seħħx mingħajr ġurament, 21 (għax tassew hemm bnedmin li saru qassisin mingħajr ġurament, imma hemm wieħed li sar qassis bil-ġurament taʼ Dak li dwaru qal: “Ġeħova ħalef+ (u ma jiddispjaċihx), ‘Int qassis għal dejjem,’”)+ 22 hekk ukoll Ġesù sar dak li ngħata bħala garanzija taʼ patt aħjar.+ 23 Iktar minn hekk, ħafna kellhom isiru qassisin, wieħed wara l-ieħor,+ minħabba li l-mewt+ ma ħallithomx ikomplu jaqdu bħala qassisin, 24 imma, peress li jibqaʼ jgħix għal dejjem,+ hu għandu saċerdozju mingħajr suċċessuri. 25 Għaldaqstant jistaʼ wkoll isalva għalkollox lil dawk li qed jersqu lejn Alla permezz tiegħu, għax hu dejjem ħaj biex jitlob bil-ħniena għalihom.+
26 Għax qassis il-kbir bħal dan kien xieraq għalina,+ leali,+ bla malizzja,+ bla tinġis,+ mifrud mill-midinbin,+ u ogħla mis-smewwiet.+ 27 Hu m’għandux bżonn li, bħal dawk il-qassisin il-kbar, joffri sagrifiċċji kuljum,+ l-ewwel għal dnubietu stess+ u mbagħad għal dawk tal-poplu:+ (għax dan għamlu darba+ għal dejjem meta offra+ lilu nnifsu;) 28 għax il-Liġi taħtar bħala qassisin il-kbar+ bnedmin li għandhom id-dgħjufija,+ imma l-kelma tal-ġurament,+ li ġiet wara l-Liġi, taħtar Iben li ntgħamel perfett+ għal dejjem.