1 Ġwanni
1 Dwar dak li kien mill-bidu,+ li smajna,+ li rajna b’għajnejna,+ li ħarisna+ lejh b’attenzjoni, u li ħassejna b’idejna,+ dwar il-kelma tal-ħajja,+ 2 (iva, il-ħajja ntweriet,+ u aħna rajnieha u qed nixhdulkom+ u nirrapportawlkom il-ħajja taʼ dejjem+ li kienet mal-Missier u li ntweritilna,) 3 dak li rajna u smajna qed nirrapportawhulkom ukoll,+ sabiex intom ukoll tissieħbu magħna.+ Iktar minn hekk, din is-sħubija+ tagħna hi mal-Missier u maʼ Ibnu Ġesù Kristu.+ 4 U għalhekk qed niktbu dan, sabiex il-ferħ tagħna jkun sħiħ.+
5 U dan hu l-messaġġ li smajna mingħandu u li qed inħabbrulkom,+ li Alla hu dawl+ u m’hemm ebda dlam fih.+ 6 Jekk ngħidu: “Aħna mseħbin miegħu,” iżda nibqgħu mexjin fid-dlam,+ qed nigdbu u m’aħniex nipprattikaw il-verità.+ 7 Madankollu, jekk qed nimxu fid-dawl bħalma hu stess qiegħed fid-dawl,+ aħna mseħbin maʼ xulxin,+ u d-demm+ taʼ Ibnu Ġesù jnaddafna+ minn kull dnub.+
8 Jekk ngħidu: “M’għandniex dnub,”+ qed inqarrqu bina nfusna+ u l-verità m’hijiex fina. 9 Jekk nistqarru dnubietna,+ tant hu leali u ġust li jaħfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull ħaġa li mhix sewwa.+ 10 Jekk ngħidu: “Ma dnibniex,” inkunu qed nagħmluh giddieb, u kelmtu ma tkunx fina.+