IR-RABAʼ KTIEB
(Salmi 90 – 106)
Talba taʼ Mosè, il-bniedem taʼ l-Alla l-veru.+
90 O Ġeħova, int kont għalina post fejn ngħammru+
Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+
2 Qabel ma twieldu l-muntanji,+
Jew ġibt l-art,+ kif ukoll l-art produttiva, bħallikieku bl-uġigħ tal-ħlas+
Iva, minn dejjem għal dejjem int Alla.+
3 Lill-bniedem mortali int treġġgħu lejn it-trab,+
U tgħid: “Erġgħu lura, O wlied il-bnedmin.”+
4 Għax elf sena huma f’għajnejk bħal jum tal-bieraħ meta jgħaddi,+
U bħal għassa matul il-lejl.+
5 Int knisthom ’l hemm;+ huma saru bħal sempliċi raqda.+
Fil-għodu jkunu bħal ħaxix aħdar li jinbet.+
6 Fil-għodu joħroġ l-inwar u jinbet;+
Sa fil-għaxija jidbiel u jinxef.+
7 Għax aħna ntemmejna bir-rabja tiegħek,+
U bil-korla tiegħek tħawwadna.+
8 Int qegħedt l-iżbalji tagħna eżatt quddiemek,+
L-atti moħbijin tagħna fid-dija taʼ wiċċek.+
9 Għax jiemna kollha resqu lejn tmiemhom bir-rabja qalila tiegħek;+
Is-snin tagħna ntemmew malajr bħal tnehida.+
10 B’kollox jiemna huma sebgħin sena;+
U jekk minħabba xi setgħa speċjali jkunu tmenin,+
Xorta jinsistu li jġibu l-inkwiet u l-uġigħ;+
U dawn jgħaddu malajr, u aħna ntiru magħhom.+
11 Min jaf is-saħħa tar-rabja tiegħek+
U l-qilla tiegħek li hi kbira daqs il-biżaʼ li jistħoqqlok?+
12 Urina kif għandna ngħoddu jiemna b’tali mod+
Li nkunu nistgħu niksbu qalb għarfa.+
13 Ejja lura, O Ġeħova!+ Kemm se ddum?+
U ħa jiddispjaċik għall-qaddejja tiegħek.+
14 Issodisfana fil-għodu bil-qalb tajba bl-imħabba tiegħek,+
Sabiex ngħajtu bil-ferħ u nithennew matul jiemna kollha.+
15 Ferraħna daqskemm tajtna jiem taʼ sofferenza,+
Snin taʼ gwaj.+
16 Ħa jaraw l-attività tiegħek dawk li jaqduk+
U l-glorja tiegħek fuq uliedhom.+
17 Ħa tkun fuqna s-sbuħija taʼ Ġeħova Alla tagħna,+
U xogħol idejna stabbilih fis-sod għalina.+
Iva, xogħol idejna stabbilih fis-sod.+