1 Korintin
1 Pawlu, imsejjaħ biex ikun appostlu+ taʼ Ġesù Kristu bir-rieda t’Alla,+ u Sostene,+ ħuna, 2 lill-kongregazzjoni t’Alla li qiegħda f’Korintu,+ lilkom li tqaddistu+ f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, imsejħin biex tkunu qaddisin,+ flimkien maʼ dawk kollha li kullimkien qed isejħu isem+ il-Mulej tagħna, Ġesù Kristu, il-Mulej tagħhom u tagħna:+
3 Qalb tajba mhix mistħoqqa+ u paċi+ lilkom mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu.+
4 Jien dejjem nirringrazzja lil Alla għalikom minħabba l-qalb tajba mhix mistħoqqa+ t’Alla li ntwerejtu fi Kristu Ġesù,+ 5 li fih ġejtu mogħnijin+ f’kollox, f’abbiltà sħiħa biex titkellmu u f’għarfien sħiħ,+ 6 saħansitra bħalma x-xiehda dwar il-Kristu+ ntgħamlet soda fostkom, 7 sabiex ma tonqsu fl-ebda għotja,+ waqt li qed tistennew bil-ħerqa r-rivelazzjoni+ tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu. 8 Hu jissodakom+ ukoll sat-tmiem biex tkunu bla akkuża+ f’jum+ il-Mulej tagħna Ġesù Kristu.+ 9 Alla hu leali,+ u sejħilkom biex tieħdu sehem+ maʼ Ibnu Ġesù Kristu, il-Mulej tagħna.
10 Issa nħeġġiġkom,+ ħuti, f’isem+ il-Mulej tagħna Ġesù Kristu, biex ilkoll titkellmu fi qbil+ u ma jkunx hemm firdiet+ fostkom, imma tkunu magħqudin kif jixraq b’fehma waħda u bi ħsieb wieħed.+ 11 Għax, ħuti, dawk tad-dar taʼ Kloe qaluli+ dwarkom li hemm it-tilwim fostkom. 12 Li rrid infisser hu dan, li kull wieħed minnkom jgħid: “Jien taʼ Pawlu,” “Imma jien t’Apollo,”+ “Imma jien taʼ Kefa,” “Imma jien taʼ Kristu.” 13 Il-Kristu jeżisti mifrud.+ Ma kienx Pawlu li ssammar maʼ zokk għalikom, hux hekk? Jew kien f’isem Pawlu li tgħammidtu?+ 14 Jien grat li m’għammidt lil ħadd minnkom ħlief lil Krispu+ u lil Gaju,+ 15 u b’hekk ħadd ma jistaʼ jgħid li tgħammidtu f’ismi. 16 Iva, jien għammidt ukoll lin-nies taʼ dar Stefanas.+ Mill-bqija, ma nafx jekk għammidtx lil xi ħadd ieħor. 17 Kristu ma bagħatnix+ biex ngħammed imma biex inxandar l-aħbar tajba, mhux bi kliem t’għerf,+ sabiex iz-zokk tat-tortura tal-Kristu ma jsirx bla siwi.
18 Għax il-kliem dwar iz-zokk tat-tortura hu bluha+ għal dawk li qed jinqerdu,+ imma għalina li qed niġu salvati+ hu l-qawwa t’Alla.+ 19 Għax hu miktub: “Inġiegħel l-għerf taʼ l-għorrief jgħib,+ u nwarrab+ l-intelliġenza taʼ l-intellettwali.”+ 20 Fejn hu l-għaref? Fejn hu l-iskriba?+ Fejn hu dak li jiddibatti+ f’din is-sistema?+ Jaqaw Alla m’għamlux iblah+ l-għerf tad-dinja? 21 Għax ladarba, fl-għerf t’Alla, id-dinja bl-għerf tagħha+ ma saritx tafu lil Alla,+ Alla raha ħaġa tajba li jsalva lil dawk li jemmnu permezz tal-bluha+ taʼ dak li jiġi pridkat.
22 Għax il-Lhud jitolbu s-sinjali+ u l-Griegi jfittxu l-għerf;+ 23 iżda aħna nippridkaw lil Kristu msammar maʼ zokk,+ tfixkil+ għal-Lhud imma bluha+ għall-ġnus; 24 madankollu, għal dawk li huma msejħin, kemm Lhud u kemm Griegi, Kristu hu l-qawwa+ t’Alla u l-għerf+ t’Alla. 25 Għax dik li qisha bluha t’Alla hi għarfa iktar mill-bnedmin, u dik li qisha dgħjufija t’Alla hi b’saħħitha iktar mill-bnedmin.+
26 Ħuti, tistgħu taraw mis-sejħa tagħkom stess li Alla ma sejjaħx+ ħafna għorrief+ skond il-laħam, jew ħafna li huma setgħanin,+ jew ħafna li huma taʼ twelid nobbli; 27 imma Alla għażel lill-boloh tad-dinja+ biex lill-għorrief iġegħelhom jistħu; u Alla għażel lid-dgħajfin tad-dinja biex lil dawk b’saħħithom iġegħelhom jistħu;+ 28 u Alla għażel lil dawk li huma bla ġieħ fid-dinja u lil dawk li huma mmaqdrin, lil dawk li ma jeżistux,+ biex iġib fix-xejn+ lil dawk li jeżistu, 29 sabiex l-ebda laħam ma jiftaħar+ quddiem Alla. 30 Imma hu bis-saħħa tiegħu li intom qegħdin f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, li sar għalina għerf+ mingħand Alla, ukoll ġustizzja+ u taqdis+ u ħelsien b’fidwa;+ 31 biex ikun bħalma hu miktub: “Min jiftaħar, ħa jiftaħar b’Ġeħova.”+